Meta Pixel Code

31 December 2023

Xi tfisser “Sejf jinfidlek ruħek.” ?

 



Issa Xmun idur fuq Marija: “Sejf jinfidlek ruħek.” Ejjew ninsew l-immaġini tas-7 stalletti li jinfdu qalb Marija, għax dan is-sejf li semma’ Xmun mhux dulur, imma simbolu tal-mod effikaċi ta’ kif taħdem il-Kelma t’Alla, kif insibu tant drabi fil-Bibbja, e.g. “Xabla li taqta’ b’żewġt ixfar,” i.e. li tippenetra l-qalb tal-bniedem u tqalliblu ħajtu ta’ taħt fuq.  

Ġesu’ wkoll darba qal: “Il-Kelma tiegħi mhux se ġġib il-paċi għax se titlob li l-bniedem jagħmel għażliet kull tant ibsin.  Min jisma’ dil-kelma jista’ jkollu bżonn jagħmel xi għażla drammatika meta jiġi f’konfront ma’ xi ħbieb jew tal-familja.” 

Ma ninsewx li Marija omm il-Messija hija simbolu ta’ Israel.  Meta l-Kelma se tasal għand il-poplu, dan se jinqasam bejn dawk li jaċċettawha, u l-oħrajn li ma jilqgħuhiex.  Din hi qasma tal-biki.  S. Pawl mhux l-ewwel darba li juri d-diżappunt tiegħu fuq dawk li ma ridux jafu bi Kristu. 

Anki Marija nnifisha mhux dejjem setgħet tifhem it-tagħlim ta’ Ġesu’ billi dan kien ikun f’konflitt mat-tagħlim li ħadet hi mir-Rabbini. B’hekk, f’ċerti mumenti ta’ ħajjitha ħasset din il-qasma f’qalbha, (a) dak li qal Xmun illum; (b) fit-Tempju meta Ġesu’ qal: “Ma tafux li rrid nieħu ħsieb il-ħwejjeġ ta’ Missieri?” (ċ) meta Marija u qraba oħra marru Kafarnaum biex iżommu lil Ġesu għax qalu li tilef moħħu (Mk 3. 21). 

Anki aħna, meta taslilna l-Kelma, inħossu din il-qasma f’qalbna, għax (a) inkunu għadna marbutin mat-tagħlim ta’ tfulitna, u mad-drawwiet u t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna; u (b) dil-Kelma tistedinna nagħmlu għażliet ibsin. 

No comments:

Post a Comment

The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form