Meta Pixel Code

31 March 2024

Kristu kellu jqum mill-imwiet - Studju Bibbliku Ġw 20:1-9 - l-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

 


Ġużeppi minn Arimatija u Nikodemu dilku l-ġisem ta’ Ġesu’ bi ħwawar ifuħu. Keffnuh u poġġewh f’qabar fejn ħadd qabel ma kien indifen. Wara marru d-dar għax kien il-vġili tal-Għid tagħhom u għalhekk kellhom jagħmlu l-ikla tal-ħaruf.  F’ħafna kulturi, anki dawk mhux Insara, insibu li l-qraba jippreparaw b’ħafna kura il-ġisem ta’ xi ħadd għażiż għad-difna. Dan juri li għandhom tama ta’ ħajja oħra wara l-mewt.  Barra l-ilbies li se jkeffnuna fihom, aħna se jkollna ilbies ieħor – l-għemejjel tajbin kollha li nkunu għamilna u li bihom se nippreżentaw irwieħna quddiem il-Mulej. 

Is-Sibt kien jum ta’ mistrieħ.  Dawk li kienu jħobbu lil Ġesu’ żgur li għaddewh fis-skiet.  Minn moħħhom għaddew ħafna ħsibijiet: “Mhux suppost li Ġesu’ kellu jispiċċa hekk.  Għaliex Alla ma ndaħalx biex jeħilsu?”

Il-Ħadd kien l-ewwel jum tal-ġimgħa.  L-ewwel li tissemma’ hi Marija Maddalena.  Qabel ma sebaħ ġiet ħdejn il-qabar. (Dil-kelma ‘qabar’ tidher seba’ darbiet f’dis-silta).  Ma setgħetx taċċetta li Ġesu’ li kienet tant tħobb huwa mejjet.  Ma kienx hemm tama aktar, imma ġiet hawn forsi ssib tweġiba għall-mistoqsijiet ta’ moħħha: “Għaliex ġara dan? Għaliex issa?”  

Marija tirrapreżenta dawk kollha li jħobbu ‘l Ġesu’ u jsaqsu l-istess mistoqsijiet fuq il-mewt ta’ Ġesu’ u fuq l-enigma tal-mewt in ġenerali.  Marija tasal hawn fid-dlam.  Illum jew għada kulħadd se jaqa’ vittma ta’ dan il-mostru li hi l-mewt.  Marija rat il-blata mneħħija u l-qabar vojt, u telqet tiġri tgħid lil Pietru u lid-dixxiplu l-ieħor.  

L-evanġelisti ma kellhomx dubju li l-ġebla kienet imgerrba u l-qabar kien vojt.  Kieku dan ma kienx veru u vvintawh huma, ma kinux jinvolvu nisa fil-ġrajja, għax ix-xhieda tagħhom ma kinitx tiswa.  

Ġesu’ kien qal: “Nidrob ir-ragħaj u l-merħla tixtered.” Hawn għandna l-Maddalena li bdiet terġa’ tiġbor in-nagħaġ flimkien.  Dil-mara, bħal waħda f’telfa ta’ mħabba għall-għarus tagħha, ma tistax taċċetta li Ġesu’ miet. Tibqa’ tfittex xi raġuni li jtiha sens.  Anki aħna, jekk tassew inħobbu ‘l Ġesu’, ma niddisprawx fil-qtigħ ta’ qalb u fid-dubji fuq il-fidi, imma nibqgħu nfittxuh sakemm insibuh.

Iż-żewġ dixxipli: Pietru u “d-dixxiplu l-ieħor” li jissemma’ seba’ darbiet f’San Ġwann, bla isem u dejjem jgħaddi lil Pietru.

(a) Kien qablu bħala dixxiplu tal-Battista ma’ Indri.  

(b) Fl-aħħar ċena l-uniku wieħed li għaraf min kien se jbiegħ lil Ġesu’. 

(ċ) Jidħol isegwi l-ġuri tas-Sinedriju, waqt li Pietru jiċħad lil Kristu u jaħrab. 

(d) Isegwi lil Kristu sa fuq il-Kalvarju.  

(e) U llum narawh jiġri ma’ Pietru sal-qabar u jasal qablu.  

Mitt sena wara l-mewt ta’ Ġwanni bin Żebedew, il-Knisja bdiet tagħrfu bħala “d-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesu’.” Imma fis-silta tal-lum, kull wieħed minna irid jidentifika ruħu ma’ dil-persuna, irid jimxi (jew jiġri) t-triq li mexa; isegwi ‘l Kristu f’kull pass ta’ ħajtu; u jfittex x’sar minn ħajjet Kristu wara li miet – Hu li hu l-awtur tal-ħajja u li xorta waħda ta ħajtu għalina. Kull wieħed minna hu “d-dixxiplu l-ieħor”.

Din il-ġirja miċ-ċenaklu sal-qabar ħadet li ż-żewġ dixxipli quddiem il-pretorju ta’ Pilatu.  Faċċata tal-pretorju kien hemm pjazza kbira fejn kienu jarmaw is-suq.  Waqt il-proċess ta’ Ġesu’, aktarx li l-Fariżej ġabru folla minn din il-pjazza biex jgħajtu:  “Sallbu”.   

“….laħaq qabel, tbaxxa u ra..”  Tbaxxa għax id-daħla kienet żgħira. Min iħobb, jinduna mill-ewwel, qabel l-oħrajn. Imma jieħu paċenzja bl-oħrajn li jieħdu ftit taż-żmien sa ma jaslu biex jaraw. Dan hu l-aspett tal-komunita’. 

Ra, mhux biss bl-għajnejn materjali, imma wkoll bil-fidi.  

Il-liżar kien ikun erba’ metri b’metru. Bih jgħattu wara u quddiem barra r-ras. Faxex kien ikun hemm biss madwar l-għonq, fil-ġnub u s-saqajn, i.e. mhux bħall-mummja Eġizzjana. 

Il-wiċċ kien jitgħatta b’maktur li jsejħulu sudarju, li kien iżomm il-ħalq magħluq.  Id-dixxiplu ra l-faxex madwar il-liżar kif kienu fid-difna. Biss issa mingħajr il-ġisem ta’ Ġesu’, qisu l-ġisem dab u sparixxa. 

Kieku dal-ġisem insteraq, kienu jeħduh bil-faxex b’kollox. U li kieku riedu jħolluhom, żgur ma setgħux jagħmluhom bil-galbu kif sabhom id-dixxiplu.  

Mela d-dixxiplu ra dan kollu, fehem li Alla ma abbandunax lil Ġesu’ fid-dlamijiet tal-mewt, “u emmen”.  Ġesu’ m’għamilx pass lura u ħa l-ħajja kif kienet qabel mewtu.  Daħal fis-sepulkru, żvojtja l-qabar u ħareġ lil hinn minn din il-ħajja materjali u għadda għall-ħajja glorjuża, il-ħajja tal-Missier Etern. 

Kulma ġara hawn, wieħed jista’ jarah biss bl-għajnjen tal-fidi.  Id-dixxiplu emmen.  Ma ppruvax jikkonvinċi lil Pietru. Ħallieh, u tah iċ-ċans biex jasal waħdu hu għall-istess konklużjoni.  Il-faxex biss mhux prova tal-Qawmien.  

Ħafna jaqraw dis-silta u ma jemmnux.  Il-mod ta’ kif wieħed iħares, bil-ħarsa ta’ min jemmen, twasslu għall-prova tal-Qawmien: “Imberkin dawk li jaraw.”  

Sa dak in-nhar, id-dixxipli kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.  Dan il-Għid, ejjew nirriflettu fuq dan id-Dawl li ngħatalna.  Noqgħodu attenti biex ikollna qalb u moħħ sensittivi biex nilqgħu dan id-dawl li jagħti sens lil kull fażi ta’ ħajjitna: il-ferħ, in-niket, it-tamiet, id-diżappunti, il-ħbiberija, l-imħabba. 

29 March 2024

Pope Francis at Rebibbia: A Lesson in Service and Forgiveness

 


In a profound demonstration of humility and the power of service, Pope Francis celebrated the evening Mass of the Lord's Supper at Rome's Rebibbia prison, choosing to wash the feet of 12 women inmates in a gesture that left many in tears and countless others around the world deeply moved. This act, performed under a tent outside the women's prison section, marks a continuation of Pope Francis's tradition of spending Holy Thursday in places of confinement, where he brings a message of hope, love, and redemption to those society often overlooks.

The significance of this event cannot be overstated, especially considering it was the first time during his papacy that Pope Francis directed this symbolic act solely towards women, underscoring a powerful message of inclusivity and respect. The women, coming from diverse backgrounds—Italy, Bulgaria, Nigeria, Ukraine, Peru, Venezuela, and Bosnia-Herzegovina—represent the universal call to mercy that transcends borders and circumstances.

The Symbolism of Foot Washing

Foot washing is a ritual steeped in humility and service, mirroring Jesus's actions at the Last Supper. By washing and kissing the feet of his disciples, Jesus demonstrated the kind of leadership that is not about wielding power but about serving others with love and humility. Pope Francis's choice to emulate this act, particularly with women who have experienced the marginalization and pain of incarceration, is a profound testament to the Christian call to love one another, regardless of our status or situation in life.

A Message of Mercy and Forgiveness

In his homily, Pope Francis emphasized the endless capacity for forgiveness that defines Jesus's ministry. He reminded those present—and us, by extension—that Jesus never tires of forgiving. This message is particularly poignant in a prison setting, where inmates may struggle with feelings of guilt, shame, or unworthiness. Francis's words offer a reminder of the boundless mercy of God, encouraging all to seek forgiveness and to forgive in turn.

This act and message are a clarion call to all of us, urging us to reflect on how we can serve and love those around us, especially the marginalized. Pope Francis's ministry at Rebibbia prison challenges us to consider our attitudes and actions towards those society often prefers to ignore, urging us towards acts of service and compassion that mirror the love of Christ.

Living Out the Gospel in Everyday Life

For those involved in ministry or any form of service within the community, Pope Francis's actions at Rebibbia serve as a powerful inspiration. They remind us that ministry is about more than words; it is about demonstrating God's love through our actions. This means meeting people where they are, recognizing their dignity and worth, and serving them without judgment.

Pope Francis's visit to Rebibbia prison is a vivid illustration of the Gospel message in action. It serves as a compelling reminder to all of us, regardless of our roles in the Church or society, of the importance of humble service, the necessity of forgiveness, and the transformative power of showing God's love in tangible, meaningful ways.

In a world often marked by division and indifference, Pope Francis's ministry to the women at Rebibbia stands as a beacon of hope, showing us the way to a more compassionate and understanding society. It is a call to each of us to embody the principles of service and forgiveness in our daily lives, paving the way for a world that reflects the boundless love and mercy of God.




28 March 2024

Celebrating Easter: A Message of Hope and Renewal


Dear Members of The Call Ministries, Facebook Followers & Blog Readers,

As we enter the joyous season of Easter, I wanted to take a moment to extend my heartfelt greetings to each and every one of you. Easter is a time of renewal, hope, and profound spiritual significance for Christians around the world. It's a time when we celebrate the resurrection of Jesus Christ and the promise of new life that it brings.

In the midst of the changing seasons and the vibrant colours of spring, Easter reminds us of the ultimate sacrifice made for us all and the triumph of love over darkness. It's a time to reflect on the blessings in our lives and to renew our faith in the promise of salvation.

To all the members of The Call Ministries, I am continually inspired by your dedication to our mission of uniting and empowering youth for a purposeful journey and spreading the gospel teachings. Your commitment to spreading love, compassion, and faith is truly commendable, and I am grateful for each and every one of you.

To our dear Facebook followers, thank you for being a part of our online community. Your support, engagement, and shared faith uplift us all and remind us of the power of connection, especially during these challenging times.

As we celebrate Easter this year, let us remember the importance of faith, hope, and love. Let us be beacons of light in a world that often feels dark and uncertain, spreading kindness, joy, and the message of Easter wherever we go.

May this Easter be a time of spiritual renewal and growth for each of you. May you be filled with the peace and joy that come from knowing Christ's love, and may you carry that love with you always.

From the depths of my heart, I wish you all a blessed and joyful Easter. May God's grace shine upon you today and always.

With love and Easter blessings,

Roderick Agius Founder and Leader The Call Ministries




23 March 2024

Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Mark - Studju Bibbliku Mk 14:1–15:47


San Mark kiteb ir-rakkont tal-Passjoni ftit snin biss wara l-Qawmien ta’ Ġesu’.  Dan nafuh għax qatt ma jsemmi l-qassis il-kbir b’ismu (Kajfa) għax kien għadu ħaj (miet fis-sena 36 AD). Mark għamel hekk għax ried li l-ewwel Insara mill-ewwel iżommu quddiemhom il-Wiċċ veru t’Alla li tant ħabbna li offra lil Ibnu l-Waħdieni b’sagrifiċċju. Aħna llum mistednin nisimgħu b’attenzjoni dan it-test tant għażiż għall-Knisja qisna għadna kif nitgħammdu.

“Għandi ruħi mnikkta għall-mewt.” S. Mark hu l-iktar evanġelista li jurina l-lat uman ta’ Ġesu’. Hu ma kienx superman imma bniedem bħalna f’kollox barra d-dnub.  Kien iħobb lil ħajtu u, meta kienet mhedda, beża’, beka, u fittex il-wens.  

Meta nisimgħu dan, aħna nikkunslaw għax aħna ngħaddu minn esperjenzi bħal din.  Meta jiġri dan tajjeb li niftakru fil-Kliem: “Missier, biegħed minni dan it-toqol! Iżda mhux li rrid jien, imma li trid int.” Għall-kelma “Missier” Ġesu’ juża’ ‘Abba’, termini li Lhudi juża’ meta jkun tifel żgħir, biex juri tenerezza, kunfidenza u jħoss sigurta’ f’dirgħajn u fil-preżenza ta’ missieru. Bħalma aħna nużaw Daddy, Pa, Papa’, hekk Ġesu’ jridna nindirizzaw lill-Missier bl-istess tenerezza,  kunfidenza u sigurta’.  

Dan jgħinna biex kuljum, anki f’mumenti li jidhru assurdi għalina, qatt ma niddubitaw li qegħdin f’idejn tajba, l-aħjar li qatt jista’ jkollna.  F’dawn il-mumenti tajjeb li nirrepetu t-talba ta’ Ġesu’ fl-ort, li tibda bil-kelma ‘Abba’, biex nuru li għandna kunfidenza u fiduċja sħiħa fiH.

Mark ma jsemmi l-ebda kelma jew rejazzjoni ta’ Ġesu’ meta biesu Ġuda u meta Pietru qata’ widnet il-qaddej tal-qassis il-kbir.  Jagħlaq dil-parti tas-silta hekk: “Dan kollu ġara biex isseħħ l-iskrittura.” B’hekk Mark xtaq li l-ewwel Insara jikkontemplaw lil Ġesu’ ġwejjed u diżarmat (vulnerabbli) li jagħti ruħu lill-għedewwa. 

Dan sabiex huma (u aħna wkoll illum) nirrejalizzaw li, f’ċerti ħwejjeġ li jiġru, ma nistgħu nagħmlu xejn ħlief inbaxxu rasna għar-rieda t’Alla. 

L-Insara tal-lum ukoll huma mdawrin bi lpup tal-egoiżmu, poter, eċċ.  Mark qed joffrilna mudell ta’ kif għandna nġibu ruħna: Ġesu’ ġwejjed u sieket. L-anqas meta Pietru ħaseb li se jsolvi l-problema bis-sejf  Ġesu’ (skont Mark) ma kkummenta.  In-Nisrani llum qatt ma jista’ jibni s-Saltna t’Alla b’xi vjolenza jew qerq.  Dawn iħottu mhux jibnu.

“…imma telqilhom il-liżar f-idejhom u ħarab għeri.”  Ħafna jaqblu li dan kien Mark stess.  Juża’ l-kelma ‘żagħżugħ’ darb’oħra meta, liebes l-abjad, jidher lin-nisa ħdejn il-qabar u jgħidilhom li Ġesu’ ma kienx hemm.  Il-kelma ‘liżar’ (sindone) hija l-istess bħal dak li fih keffnu ‘l Ġesu’.  

Il-messaġġ hu: il-Lhud għalissa qabdu ‘l Ġesu’ imma dal-waqt se jaħirbilhom u jħalli warajh il-liżar biss.  Anki n-Nisrani, li għandu id-Divin Etern jgħix fih, meta jasal fil-konklużżjoni ta’ ħajtu, iħalli warajh biss il-fdalijiet u mhux il-persuna tiegħu. Din tibqa’ żagħżugħa fl-eternita’.

Ġesu’ jiskot ukoll quddiem is-Sanħedrin għax ix-xhieda kienu jafu li qed jigdbu fuqu u li Hu bla ħtija. Iwieġeb biss meta mistoqsi jekk kienx il-Messija. Quddiem Pilatu iwieġeb biss: “Int qiegħed tgħidu.” Ġesu’ kien jaf li l-mexxejja riedu joqtluh.  Kien inutli jħaqqaqha magħhom.

Dan mhux skiet ikrah ta’ wieħed beżżiegħ imma spirtu qawwi ta’ min ma jirrejaġixxix għall-provokazzjoni, insulti, kalunji u arroganza. Dan skiet nobbli ta’ wieħed konvint mill-lejalta’ u r-rettitudni tiegħu u mill-fatt li l-kawża ġusta tiegħu se tkun trijunfanti. 

In-Nisrani li jħobb il-verita’ u l-ġustizzja aktar minn ħajtu jiġġieled biex iħarishom, imma qatt bi vjolenza, kalunji jew insulti.  Kull tant, is-skiet (bħal ta’ Ġesu’) risposta. 

Kemm in-nies li kienu jiġru wara Ġesu’ u kemm l-Appostli ħallewh waħdu fuq il-Golgota. Mark hu l-evanġelista li l-aktar jiddeskrivi s-solitudni ta’ Ġesu’. L-oħrajn isemmgħu sapport mill-mara ta’ Pilatu, in-nisa ta’ Ġerusalem, Pietru li mexa warajh għal ftit, Marija u Ġwanni. 

Mark ma jsemmi ‘l ħadd minn dawn ħlief xi nisa li ħarsu lejh mill-bogħod.  Ġesu’, waħdu fuq is-salib, jgħajjat: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?”  Ħassu fallut, mirbuħ mill-għedewwa, minsi minn kulħadd.  

In-Nisrani li jaċċetta l-proposti kollha ta’ Ġesu’ jrid jistenna li ma jkunx popolari, forsi abbandunat ukoll minn membri tal-familja u mis-soċjeta’. Jista’ jħossu abbandunat minn Alla, dik li l-qaddisin isejħulha “Il-lejl tar-ruħ” fejn tħoss deżolazzjoni u dieqa għax qisu Alla qed jistaħba.

Madre Tereża kienet tgħaddi xhur sħaħ f’dan l-istat. Biex wieħed jirbaħ dan it-test tal-fidi, irid jikkonvinċi lilu nnifsu li, għalkemm il-preżenza t’Alla mhux qed tinħass, Alla xorta waħda hawn qiegħed. Anki meta jasal biex jgħajjat bħal Ġesu’, imma miegħu ukoll: “Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?”

Għal dan, iċ-ċenturjun jistqarr: “Dal-bniedem kien tassew Bin Alla.” Dis-sentenza hija l-aktar waħda importanti fil-Vanġelu skont S. Mark.  Tul ħajtu ħafna kienu dawk li saqsew: “Imma min hu dan biex jagħmel dawn il-mirakli?” Anki l-Appostli: “Min hu dan li jikkmanda r-riħ u l-mewġ?” Ġesu’ sikket lill-imxajtan ta’ Kafarnaum meta dan qal li hu l-Messija għax ma riedx li n-nies jifhmu ħażin,jiġifieri li hu l-Messija ta’ moħħhom, dak li se jsolvilhom il-problemi kollha reliġjużi u politiċi. 

Ried jistenna biex juri l-vera identita’ tiegħu ta’ Messija fuq is-salib. U l-ewwel li għaraf din l-identita’ (skont Mark) ma kienx xi appostlu imma ċenturjun meta ra x’imħabba wera meta ta ħajtu għall-oħrajn.  

‘Bin Alla” ifisser “jixbaħ lil Alla”. Minn issa ‘l quddiem, min irid, jista’ jagħmel bħaċ-ċenturjun għax Ġesu’ kixef biċ-ċar il-vera identita’ tiegħu ta’ Messija.

“Il-purtiera tat-tempju ċċartet minn fuq s’isfel.” L-istess kelma ntużat waqt il-Magħmudija ta’ Ġesu’ meta “ċċartu s-Smewwiet”, jiġifieri, b’mod li ma tistax terġa’ ssewwiehom. Dawn kienu ngħalqu imħabba d-dnub tan-nisel.  Issa nfetħu għax Ġesu’ reġa’ ħabbeb is-sema u l-art.

Il-purtiera kienet tifred il-Qaddis tal-Qaddisin min-nies. It-tiċrit tagħha jfisser li m’hemm xejn iżjed li jifred il-bniedem minn Alla. Kull bniedem jista’ jersaq viċin kemm irid biex jara l-wiċċ awtentiku t’Alla rrivelat minn Sidna Ġesu’ Kristu.  Id-dar tal-Missier issa miftuħa għal uliedu kollha.

“Ġużeppi minn Arimatija …. għamel il-ħila u mar għand Pilatu.”  L-ebda dixxiplu m’għamel kuraġġ biex jidher ħabib ta’ Ġesu’ quddiem Pilatu, imma membru tal-kunsill. B’hekk Mark ried jagħti messaġġ lill-Insara ta’ żmienu (u lilna wkoll) biex ma jiddgħajfux fil-fidi, ma jixxejrux ma kull riħ, ma jistħux juru li huma Nsara quddiem min jidħak bihom.   

17 March 2024

Embracing True Glory: Reflections on Pope Francis' Message for Lent

 


In his recent address, the Holy Father invites us to ponder the essence of glory, particularly as exemplified by the ultimate act of love: Jesus' sacrifice on the Cross.

Picture this: It's the fifth Sunday of Lent, a time when we're drawing nearer to the solemnity of Holy Week. Jesus, in the Gospel passage, speaks of His impending Crucifixion, revealing a profound truth—that true glory is not found in worldly success or acclaim, but in the selfless act of giving oneself fully for the sake of love.

At first glance, the Cross may seem like a symbol of defeat—a stark contrast to what we typically associate with glory. Yet, Jesus reveals that His glory, and that of the Father, shines most brightly in the midst of suffering and sacrifice. It's a radical notion, one that challenges our conventional understanding of greatness.

For God, glory isn't about accolades or power; it's about love—unconditional, sacrificial love. It's about giving oneself completely, without reservation, for the sake of others. And where better to witness this divine love in action than on the Cross, where Jesus offered Himself as a gift for the redemption of humanity?

As we reflect on these profound truths, Pope Francis urges us to reconsider our own notions of glory. Do we seek recognition and applause, or do we embrace the path of giving and forgiveness? True glory, he reminds us, is found in acts of generosity and mercy—traits that reflect the very nature of God.

In a world obsessed with self-promotion and material gain, the call to embrace a different kind of glory—a glory rooted in selflessness and compassion—may seem counter-cultural. But it's precisely in giving and forgiving that we become vessels of God's grace, illuminating the world with His love and mercy.

So, dear friends, as we journey through Lent and approach the Paschal mystery, let us heed the words of Pope Francis and strive for a glory that transcends worldly measures. Let us follow in the footsteps of Mary, who stood faithfully at the foot of the Cross, and become living reflections of Christ's love in our words and actions.

May we, like Mary, embody the essence of true glory—selfless giving and boundless forgiveness—as we journey ever closer to the heart of God. Buongiorno and blessings to you all!






13 March 2024

Jekk il-ħabba tal-qamħ, li taqa’ fl-art, tmut hi tagħmel ħafna frott - Studju Bibbliku Ġw 12:20-33 - Il-Ħames Ħadd tar-Randan


F’dak iż-żmien, fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù”.

Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù. U Ġesù weġibhom: “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat. Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ. Issa qiegħed inħoss ruħi mħawda. U x’naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa. Missier, agħti glorja lil ismek”. Dak il-ħin instama’ leħen mis-sema: “Jien diġà gglorifikajtu, u nerġa’ nigglorifikah”.

In-nies li kienu hemm semgħuh, u qalu li kien qiegħed iriegħed. Oħrajn qalu: “Kellmu xi anġlu”. Ġesù wieġeb: “Dan il-leħen ma ġiex għalija, imma għalikom. Il-ġudizzju ta’ din id-dinja qiegħed isir issa. Issa se jitkeċċa l-Prinċep ta’ din id-dinja. U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja”. Hu qal dan biex jurihom b’liema mewt kien sejjer imut.

Il-Kelma tal-Mulej.



Dan l-episodju tal-lum seħħ waqt il-festi tal-Għid, ftit jiem qabel il-mewt ta’ Ġesu’.  Ġerusalem kienet maħnuqa bin-nies li kienu jiġu mhux biss mill-inħawi kollha ta’ Israel imma minn pajjiżi oħra wkoll.  It-Tempju, bit-turġien, portiki, btieħi u santwarju tiegħu kien iċ-ċentru tal-attivitajiet. 

Xi Griegi ġew Ġerusalem, aktarx imsaħħrin mir-reliġjon Lhudija u mħajrin jaċċettaw iċ-ċirkunċiżżjoni. Kurjuż il-fatt li dawn, minn flok fittxew lil Alla fit-Tempju, saqsew għal Ġesu’. 

Avviċinaw lil Filippu probabbli għax kellu isem Grieg u kien minn Betsajda, fejn in-nies kellhom moħħhom aktar miftuħ minn, per eżempju, in-nies ta’ Nazaret.  Kienu żguri li Filippu se jifhem għal fejn xtaqu ħafna jaraw lil Ġesu’.  

Il-verb ‘jaraw’ użat hawn ifisser mhux biss ‘iħarsu lejh’ imma ‘jsiru jafuh fil-fond’- isiru jafu min tassew hu.  Minn dak li semgħu fuqu minn qabel, kienu żguri li Ġesu ta’ Nazaret kellu dawl ġdid għal dawk li kienu qed ifittxu l-verita’ b’sinċerita’.

Ifakkruna f’Żakkew. Altru tfittex biex tiltaqa’ ma’ mastrudaxxa, u altru ma’ Bin Alla, il-bniedem awtentiku, li jwieġeb għal mistoqsijiet li kull tant iħawduna, u li jħajrek tibda tgħix bħalu. 

Ġwanni stess jikteb fuq din l-esperjenza: “Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna u rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u li messew idejna .. dan ser inxandrulkom biex intom tissieħbu magħna” (1 Ġw 1. 1-4). Il-Griegi xtaqu li jagħmlu esperjenza bħal din.  Illum aħna mistednin biex ikollna l-istess talba: “Nixtiequ naraw lil Ġesu’, biex insiru nafuh aktar intimament, l-aktar f’dan iż-żmien tar-Randan.”

“Filippu mar jgħid lil Indri’.” Dan hu messaġġ importanti: min irid jara lil Ġesu’ l-aħjar ħaġa hi li jmur għand l-Appostli. Dawn ġa rawh u għarfu l-identita’ Tiegħu. Mela, jekk aħna nkunu Insara ġenwini u appostli tal-lum, u li għarafna l-glorja ta’ Ġesu’  meta ta ħajtu għall-umanita’, inkunu f’pożizzjoni li nakkumpanjaw lil xi ħadd għal għand Ġesu’. Faċli li nirrakuntaw lil xi ħadd xi episodju mill-ħajja ta’ Ġesu’ jew xi parabbola. Imma meta jsaqsina “Min kien Ġesu’ verament?” għandu mnejn li jkollna nirreferuh għand xi qassis jew katekist. Hekk għamel Filippu: mar għand Indri’, u flimkien marru għand Ġesu’ biex jeħduh għand il-Griegi.

Minn flok, Ġesu’ jweġibhom: “Waslet is-siegħa li Bin il-Bniedem għandu jkun igglorifikat.” Fi kliem ieħor, Ġesu’ qed jgħid lil dawn l-appostli: “Qabel ma turuni lil nies oħra, kunu żguri li fihmtu sew min jien.

Se nkun igglorifikat fuq salib tfisser li meta nagħti ħajti bħala rigal.

Bin il-Bniedem ifisser il-bniedem uman awtentiku. (Point of Reference / Role Model)

Fit-tieġ ta’ Kana kien qal lil Marija: “Għada ma waslitx is-siegħa tiegħi.” Imma llum, u ftit ieħor fl-aħħar ċena jistqarr: “Waslet is-siegħa.” Ġesu’ xtaq jagħmilha ċara mal-appostli li l-glorja tiegħu hija totalment differenti mill-glorja tal-bnedmin, biex b’hekk jgħaddu messaġġ ċar lil oħrajn.

“Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, tibqa’ weħidha.” Il-ħabba trid tmut u tisparixxi, imma din mewt li tagħti ħajja ferm ikbar minnha. Fis-salmi nsibu: “Min jiżra’ l-qamħ jibki” għax qisu qed jarmih fix-xejn jew jeqirdu. “Imma dak in-nhar tal-ħsad jifraħ.” Ġesu’ mhux biss miet fuq salib, imma ħajtu kollha  għexha bħala rigal għall-oħrajn, dejjem jagħti –ħinu, kliemu, imħabbtu.

“Min iħobb lil ħajtu jitlifha.  Min jobgħod  lil ħajtu f’did-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem.” Din kelma tassew iebsa. Ġesu’ jużaha biex juri l-kruha tal-egoiżmu u l-importanza u s-sbuħija ta’ ħajja mogħtija bl-imħabba għas-servizz tal-proxxmu. Ħajja bħal din ikollha minn issa jgħammar fiha id-Divin Etern.  

Ħafna jaraw il-ħajja għaddejja malajr, ħajja qasira. Allura jagħtu widen għall-għidut tal-media u t-talk shows: “Gawdi kemm tiflaħ! Għada ħadd ma rah. Titlifx dil-okkażżjoni. Ixrob ħa tinsa, eċċ.” 

Min jagħmel hekk, minn flok itawwal ħajtu u jgħixha ta’ uman awtentiku, jitlifha għax ikun qed jaħliha fix-xejn. Massimiljano Kolbe offra li jmut flok raġel ieħor fil-ħabs. Deher li qed ‘jobgħod’ lil ħajtu. Fil-fatt ħabb lil ħajtu tant li taha bħala rigal biex proxxmu tiegħu seta’ jgħix. F’għajnejn Ġesu’, Kolbe għex ħajtu fil-milja kollha tagħha u, mhux talli tilifha, imma ppreservaha għal dejjem. Eluf ta’ missjunarji għexu fil-moħbi ħajjithom kollha għotja lill-fqar, lebbrużi u morda oħra.  Waħdiet biss issemmew fl-aħbarijiet.

“Jekk xi ħadd irid jaqdini, għandu jimxi warajja.” Quddiem stedina biex nagħtu ħajjitna, nitħajru naħarbu kif għamlu d-dixxipli fil-Ġetsemani.  Meta Ġesu’ jgħid ‘qaddej’ ma jfissirx xi seftur jew skjav, imma wieħed li jaqsam miegħu l-istess għanijiet. Dan titlu Bibliku ta’ unur mogħti lil, e.g., Mose’, Pawlu u Marija li poġġew ħajjithom għad-dispożizzjoni tal-Mulej: “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej.”

“Fejn inkun hemm jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi.” Ġesu’ jkun fejn hemm il-mard, il-faqar materjali u spiritwali, l-emarġinati, nies imtaqqla bid-dnub, kull fejn hemm il-bżonn tal-imħabba. Hawn irid ikun preżenti l-qaddej, u jirreżisti kull tentazzjoni li jinjora jew jaħrab. Hekk il-Missier jonorah, i.e. ħajtu ssir tiswa, ta’ valur, bis-sens. Xi qamħ isir ħobż u xi għeneb isir inbid. Ġesu’ sar ikel u xorb għalina biex, meta nirċivuh  f’din il-forma, nassimilaw lilu u l-proposti Tiegħu kollha.

“Issa qed inħossni mħawwad.” Bħal kull bniedem, Ġesu’ beża’ mill-mewt u li jarmi ħajtu ta’ eta’ tant żgħira, mewta assurda mqanqla mill-mibegħda u għira. Imma sab il-kuraġġ li jagħtiha bħala rigal għalina l-bnedmin.  Ta’ dan Hu ġie gglorifikat, mhux f’għajnejn in-nies imma f’għajnejn il-Missier. Illum aħna mistednin inkunu qaddejja xierqa biex b’hekk inkunu nistgħu naqsmu din ix-xorta ta’ glorja.

10 March 2024

Dead to Alive: How Grace Breathes Life into You (Ephesians 2:4-10)



Have you ever felt stuck? Like you're going through the motions, but there's no spark, no real life? Ephesians 2:4-10 offers a powerful message for those moments. It's a passage that flips the script on our self-sufficiency and reminds us of the incredible gift of God's grace.

From Dead in Sin to Alive in Christ (vs. 4-5)

The passage starts with a seemingly bleak statement: "We were dead in transgressions" (v. 5). Yikes! But here's the thing: sin separates us from God. It creates a spiritual deadness, a disconnect from the source of all life.

But wait! The verse doesn't end there. It continues with the glorious truth: "God, who is rich in mercy, made us alive with Christ" (v. 5). This is the heart of the gospel. God, in His immense love, bridges the gap. He doesn't leave us in our state of separation. Through Jesus Christ, He offers us new life!

Seated with Christ in Heavenly Realms (vs. 6)

This new life isn't some vague promise. It's a reality! The passage says God "raised us up with Christ and seated us with him in the heavenly realms" (v. 6). Can you imagine? We, who were once dead in sin, are now placed in the place of honor, next to Christ Himself! It's a picture of God's outrageous grace, lifting us to a position we could never earn.

Showcasing God's Grace (vs. 7)

Why does God do this? Why such extravagant love? It's "in order that in the coming ages he might show the incomparable riches of his grace, expressed in his kindness to us in Christ Jesus" (v. 7). God wants to display His grace for all eternity! We are living examples of His incredible love and mercy.

Salvation by Grace, Not Works (vs. 8-9)

Now, here's something important: "For it is by grace you have been saved, through faith—and this is not from yourselves, it is the gift of God— not by works, so that no one can boast" (vs. 8-9). We can't earn our way to heaven. Salvation is a gift, received through faith in Jesus Christ. It's all about God's initiative, not our achievements.

God's Masterpiece, Doing Good Works (vs. 10)

So, does that mean we just sit back and relax? Not quite! The passage concludes by saying, "For we are God's handiwork, created in Christ Jesus to do good works, which God prepared in advance for us to do" (v. 10). This new life in Christ compels us to live differently. We are created to do good works, not to earn salvation, but as an overflow of our gratitude for the amazing gift of grace.

The Takeaway

Ephesians 2:4-10 is a message of hope and transformation. It reminds us that no matter how stuck or lifeless we feel, God's grace can breathe new life into us. We are not defined by our past mistakes, but by the incredible love of Christ. So, let's live out this new life, overflowing with gratitude and good works, as a testament to the One who redeemed us! 

09 March 2024

Taming the Beast: Conquering Pride During Lent

 


Pride. It's a tricky one. On the surface, it can seem like healthy self-esteem. But dig a little deeper, and you'll find a darkness that can poison our lives and push us further from God. This Lent, let's confront this vice and embrace the virtue of humility.

The Ugly Underbelly of Pride

Pope Francis explains that pride isn't just about bragging. It's about an inflated sense of self-importance, a constant need to be recognized as superior. This "excessive splendour," as the Greeks called it, breeds a slew of problems:

  • Judging others: The proud person sees everyone else as beneath them.
  • Broken relationships: Pride isolates us, making it difficult to connect with others on a genuine level.
  • Rejection of God: At its core, pride is a rebellion against God's grace. We think we can go it alone, stealing the glory that rightfully belongs to Him.

The Signs of a Prideful Heart

How do we spot pride lurking in our own hearts? Here are some helpful pointers:

  • The Stiff Neck: This metaphor describes someone unwilling to bend or admit they might be wrong.
  • The Scornful Judge: The proud person constantly criticizes others, blind to their own faults.
  • The Overly Sensitive Ego: Any hint of criticism is seen as a major offense.

There's Hope! Humility is the Answer

The good news is, pride isn't an unbeatable foe. The antidote is clear: humility. True humility means recognizing our limitations and dependence on God's grace.

The passage mentions two powerful examples:

  • The Virgin Mary: In her Magnificat, Mary praises God who "scatters the proud in the thoughts of their hearts."
  • The Apostle Peter: Peter's initial arrogance gives way to humility and tears, paving the way for him to become a stronger disciple.

Your Lent Challenge: Embrace Humility

This Lent, let's challenge ourselves to dethrone pride and embrace humility. Here are some ways to get started:

  • Self-reflection: Spend time honestly examining your thoughts and actions. Where does pride creep in?
  • Seek feedback: Ask trusted friends or mentors for honest feedback on your blind spots.
  • Practice gratitude: Reflect on the blessings in your life, big and small. This fosters a sense of dependence on something greater than yourself.
  • Serve others: Shift your focus from yourself to those in need.

By actively seeking humility, we open ourselves to deeper relationships, a stronger connection with God, and a more fulfilling life. So let's embark on this Lenten journey together, leaving pride behind and embracing the beauty of humility.


Read the Full text in the Link






08 March 2024

Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva - Studju Bibbliku Ġw 3:14-21 - Raba’ Ħadd tar-Randan

 


F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla.

U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin. Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx. Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl, biex juri li hemm Alla f’għemilu”.

Il-Kelma tal-Mulej.


Nikodemu mar ifittex lil Ġesu’ biex ikellmu.  Kien Rabbi, Fariżew, wieħed mill-kapijiet tal-poplu u mgħallem. Mar bil-lejl mhux għax beża’ li jingħaraf minn xi ħadd, imma għax il-kliem u l-aġir provokkattiv ta’ Ġesu’ fit-tempju laqtu fil-laħam il-ħaj. Kien ġest u sinjal profetiku.  Għalhekk xtaq jifhem aktar il-messaġġ ta’ Ġesu’. Dan jurina li mhux il-Fariżej kollha kien moħħhom magħluq.  Xi wħud kienu josservaw it-Torah b’sinċerita’ kbira u jfittxu l-verita’. Nikodemu kien wieħed minn dawn.

Ir-Rabbini kienu jirriflettu fuq l-Iskrittura Mqaddsa fil-ħemda tal-lejl. Dan il-ħin hemm iktar ċans li wieħed jifhem il-messaġġ tas-silta li jkun qed jikkontempla, u jinterjorizzaha (jagħmilha tiegħu). Kemm is-Salmista u kemm Ġesu’ kienu jitolbu bil-lejl.  Anki aħna llum mal-lejl jiġuna tħassib li nkunu ħloqna matul ir-rutina tal-jum, u fil-kwiet, naraw kif nistgħu insolvuhom.

Bla dubju Nikodemu kellu ideja tal-Messija bħall-Lhud l-oħra (dik ta’ politiku qawwi u arroganti, eċċ). Forsi kienu r-Rabbini tal-klikka tiegħu li bagħtuh għand Ġesu’ biex isaqsih l-iskop tal-aġir u l-kliem tiegħu, u, permezz ta’ hekk, fejn kien bi ħsiebu jasal.  Għalhekk ħass il-bżonn li jsir jafu aħjar.  Ħafna minna llum isibu lil Nikodemu simpatiku, għax jixbaħna f’dawk is-sentimenti sbieħ u puri fina li jqanqlu x-xewqa li nsiru nafu lil Ġesu’ dejjem aħjar.

Nikodemu sinċier, imma jsibha bi tqila jaċċetta tagħlim fuq il-Messija differenti minn dak li kien sema’ ħajtu kollha. Xorta waħda jmur ifittex il-verita’. Anki aħna meta nisimgħu xi tifsira ġdida u friska ta’ xi suġġett li fuqu kellna idejat fissi f’moħħna (p.e. l- Amoris Laetitiae) insibuha bi tqila biex naċċettawha. Bħal Nikodemu jiħtiġilna nfittxu dejjem il-verita’ rivelata lill-mexxejja tal-Knisja mill-Ispirtu s-Santu.  B’hekk inkunu nistgħu ninterpretaw sew is-sinjali ta’ żminijietna u nitwieldu mill-ġdid, mhux fiżikament imma spiritwalment.

“Jiħtieġ li Bin il-Bniedem ikun merfugħ. Dak in-nhar, niġbed lil kulħadd lejja, u ssiru tafu l-Identita’ tiegħi.” Kull bniedem iħobb jogħla u jilħaq biex jikkmanda. Mhux għalhekk ried jogħla Ġesu’. 

Isaija jgħid: “Il-qaddej tal-Mulej se jkollu suċċess.  Jiġi mgħolli ‘l fuq ħafna u onorat.” Imma jkompli: “Bħal ħaruf meħud għall-qatla, bħal nagħġa siekta quddiem min iġiżżha, il-qadddej  jibqa’ sieket, immaqdar u maħqur b’kull mod. Ikollok tgħatti wiċċek għax ma tkunx tiflaħ tħares lejh.” 

Ġesu’ jirreferi għal dis-silta u għal oħra mill-Ktieb tan-Numri, meta Mose’ refa’ serp tal-bronz (xbieha ta’ dak li kellu jgħaddi minnu Kristu) fid-deżert biex, kull min kien migdum minn sriep velenużi, iħares lejh u jfieq. 

Kif is-serp tal-bronz mgħolli fuq lasta twila kien mezz ta’ fejqan mill-velenu tas-sriep ħajjin, hekk Bin il-Bniedem mgħolli fuq salib se jkun għajn ta’ fejqan u salvazzjoni mill-velenu tad-dnub. 

Kull min iħares lejn Kristu msallab u jaċċetta l-proposta tiegħu ta’ dinja ġdida ta’ mħabba u servizz lejn il-proxxmu, ifieq u jsalva.  

Dil-qagħda fl-għoli fuq salib hi meqjusa l-aktar baxxa min-nies tad-dinja, imma minn Ġesu’ bħala l-qagħda tal-bniedem awtentitiku u li rnexxa. Anki aħna niltaqgħu ma’ sriep fil-mixja tagħna: 

(a) barra minna – konsumiżmu, wegħdi ta’ pjaċiri li ma jħallukx tagħraf it-tajjeb mill-ħażin, eċċ

(b) fina – ferneżija biex nakkumulaw il-ġid, kilba għall-poter, vanita’ (arani!), eġoiżmu, eċċ. 

Kif se nfiequ minn dal-velenu? Billi nsammru ħarsitna fuq Kristu msallab u nimxu fuq it-tagħlim u l-eżempju ta’ dak li ta ħajtu għall-oħrajn.

“Kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.” Dan mhux il-premju tal-futur imma rejalta’ preżenti, jiġifieri, ikollu l-ħajja tal-Etern tgħix fih, kif Ġesu’ qal lil Marta: “Min jemmen fija, ukoll jekk imut,  għandu (mhux ikollu) l-ħajja eterna.” Mela, attenti għas-sriep li jridu jivvalenawna u joqtlulna dil-ħajja.

Nikodemu jmur lura d-dar aktarx diżappuntat. Nerġgħu nisimgħu bih waqt laqgħa tal-poplu mal-Fariżej. 

Hawn jaqbeż għal Ġesu’: Il-Fariżej jgħadduh b’injorant: “Mur studja l-Iskrittura u tara kif l-ebda profeta ma ħareġ mill-Galilija.” Nerġgħu mbagħad narawh fid-difna ta’ Ġesu’.

Ġwanni, li għamel l-esperjenza tal-Qawmien, issa jkompli b’riflessjoni tiegħu: “Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq minna…” 

Quddiem Kristu msallab ħafna jaraw falliment, dulur, telfa.  Ġwanni jara manifestazzjoni ta’ mħabba, agapann, kelma li tidher għall-ewwel darba.

Ġwanni se jużaha 36 darba oħra. Din mhux 

(a) eran – imħabba passjonali, 

(b) filei – imħabba tal-ħbieb. 

(ċ) stergein – imħabba familjari. 

Agapann hi l-imħabba ta’ bin il-Bniedem, jiġifieri imħabba bla kundizzjoni, bla “imma” jew “forsi”. Imħabba li se tikkaratterizza n-Nisrani, jiġifieri li jfittex il-ħin kollu il-bżonnijiet u l-ferħ tal-proxxmu.

 “Alla tant ħabb id-dinja li ta (bħala rigal) lill-Ibnu l-waħdieni.” Id-dinja mhux tal-ġebel imma l-umanita,’ li rvellat kontra Alla, tbiegħdet minnu u mingħaliha ħasbet li se tilħaq il-milja (fulfillment) tal-ħajja tagħha mingħajru.  Ħasbet li min jgħix il-Vanġelu bil-fors li jkun imdejjaq (la tigdibx, la tisraqx, la…eċċ). Allura fittxet il-ferħ band’oħra. Mela Alla jrid li din l-umanita’ tinfetaħ għall-imħabba Tiegħu.

“Min ma jemminx huwa ġa kkundannat,” għax ħalla lilu nnifsu jinħakem mill-egoiżmu u l-aġir tal-ilpup.  F’did-dinja ta’ lpup Alla bagħat Ħaruf li għamel ħaqq. 

Dan ma jfissirx li qata’ xi sentenza imma li kixef il-maskri tal-ilpup u qalilhom: “Dan mhux mod kif wieħed jilħaq il-milja u r-rejalizzazzjoni tal-ħajja umana u awtentika.” 

Il-Ħaruf, imbagħad, tana eżempju ta’ dil-ħajja fuq is-Salib.  Mela, s-salvazzjoni li qed jitkellem fuqha hawn, mhiex dik li mmorru l-Ġenna wara qrara tajba, imma li ngħixu issa dil-ħajja salvi bħala ulied veri tal-Missier billi nuru biċ-ċar il-ħajja tal-Etern fina: “Min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl biex juri li hemm Alla f’għemilu.” 

Mela l-ħaqq m’hu qatt kundanna imma dawl li jdawwal il-mixja tagħna, jikxfilna l-velenu li jfixkel triqatna  u jistedinna nħarsu lejn l-Imsallab biex infiequ.

03 March 2024

From Marketplace to Family Table: Pope Francis on Building a Home with God

In his recent message, Pope Francis offered a powerful reflection based on the Gospel story of Jesus driving the merchants out of the temple. The passage highlights the contrasting approaches we can take in our relationship with God: the cold efficiency of a marketplace versus the warmth and connection of a home.



Market Mentality vs. House of Faith

The "marketplace temple" represents a transactional view of faith. Offerings become purchases, prayers become a price to pay, and the focus shifts from connection to acquisition. This impersonal approach stands in stark contrast to the "house temple." Here, the emphasis is on building a relationship with God. We come to pray, share our burdens, find solace in community, and experience God's love.

Jesus' Call to Dismantle Walls

Pope Francis emphasizes Jesus' rejection of the market mentality in the temple. He reminds us that Christ came to bridge the gap between God and humanity, to foster forgiveness and closeness. When we prioritize transactions over connection, we build walls that hinder this essential relationship.

Building a House This Lent

The message serves as a powerful Lenten reflection. Pope Francis urges us to cultivate a "house" feeling in our lives, particularly in these areas:

  • Prayer: Let go of the transactional mindset. Pray authentically, with trust and openness, like a child seeking comfort from a parent.
  • Fraternity: Spread kindness and build bridges. Practice selfless giving, take initiative to connect with others, and strive to break down walls of isolation.

Reflection Questions:

This message provides an opportunity for introspection:

  • How is my prayer life? Is it a chore or a source of comfort and connection?
  • Do I approach God with an open heart or a calculating mind?
  • How are my relationships? Can I give freely without expecting anything in return?

Building a "House" with Mary's Help

Pope Francis concludes by invoking Mary's intercession. He asks her to guide us in building a "house" – a place of love, trust, and connection – with God, within ourselves, and in the world around us.

Let us all strive to move away from the cold efficiency of the marketplace and cultivate the warmth and love of a true home in our relationship with God and each other.




The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form