Meta Pixel Code
28 May 2023
Reflections on The Call - by Mons Paul Cremona
25 May 2023
Ħudu l-Ispirtu s-Santu - Solennità ta’ Għid il-Ħamsin - Studju Bibbliku Ġw 20, 19-23
19 May 2023
Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art - Tlugħ tal-Mulej fis-Sema - Studju Bibbliku Mt 28, 16-20
F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien”.
Dis-silta tagħlaq l-Evanġelju ta’ San Mattew, fejn rajna l-ħajja ta’ Ġesu fuq din l-art, it-twelid f’Betlem, it-trobbija f’Nazareth, u l-ħidma f’Kafarnaum u Ġerusalemm. B’ebda mod m’għandna nqisu dis-silta bħala t-tmiem tal-ħidma ta’ Ġesu fuq din l-art. Pjuttost hija bidu.
Ġesu se jidħol fid-dar tal-Missier u jħalli l-Missjoni tiegħu f’idejn l-Appostli. Ordnalhom biex jinġabru fil-Galilija, fuq il-muntanja tal-Beatitudni. Muntanja tal-ġebel imma wkoll waħda li tirrappreżenta l-post fejn il-bnedmin setgħu jaċċettaw u jassimilaw il-ħsibijiet t’Alla. Kien il-post fejn wieħed seta’ jara l-Baħar tal-Galilija u Kafarnaum, fejn Ġesu żvolġa ħafna mill-ministeru tiegħu. Kien hawn li Ġesu sejjaħ l-ewwel Appostli. Illum, mill-istess post, se jagħti l-mandat lill-Ħdax biex jibdew il-Knisja Tiegħu, il-Komunita’ Ġdida: ħdax għax jonqos wieħed, l-anti-dixxiplu, dak, u kull min hu bħalu, li ma telgħax dil-muntanja biex iħaddan il-Beatitudni, u b’hekk ma setgħax jagħmel esperjenza tal-Qawmien.
Min jagħmel hekk ikun qed jagħżel id-dinja l-antika: poter, regħba, vjolenza. Minn flok, Ġesu jagħti bidu għas-Saltna Tiegħu b’dawn il-ħdax l-Appostli, imbeżżgħin, fraġli, mimlija dubji u nċertezzi. Dawn kienu persuni li ħarbu mill-ġnien taż-żebbuġ u ħallew lil Ġesu waħdu. Għamlu żbalji oħra. Il-kap tagħhom ċaħdu wkoll. Minkejja did-dgħufija kollha, qallhom biex jinġabru hawn illum.
“Kif rawh inxteħtu quddiemu.” Il-verb “rawh” hawn ifisser aktar milli tara bl-għajnejn materjali. Dawn huma persuni li laqgħu il-Beatitudni, allura għarfu ‘l Ġesu u l-missjoni tiegħu, dik li jagħti ħajtu għalina. Aħna wkoll għandna bżonn nitilgħu fuq dil-muntanja, naċċettaw u nwettqu l-Beatitudni, biex ukoll aħna “naraw” li s-sejħa tagħna hija li l-ħajja se tkun mimlija meta ngħixu m’Alla u f’Alla.
“Inxteħtu quddiemu”, jew adurawh, għarfu l-preżenza t’Alla f’Ġesu, il-wiċċ t’Alla stampat f’wiċċ Ġesu: dan hu Alla li jagħti lilu nnifsu, mhux xi alla tal-filosfi jew poeti.
“Xi wħud iddubitaw.” Fejn tidħol il-Fidi, ez. fil-Qawmien, m’għandniex provi jew ċertezzi imma raġunar. Mela normali li jkollna d-dubji.
Ġesu ma jibżax mid-dubji tagħna għax jaf li aħna umani. In fatti lid-dixxipli ma ċanfarhomx. Mill-banda l-oħra, kieku jkollna l-provi konkreti, ma jkollniex bżonn il-Fidi. Mela meta jkollna d-dubji għandna naċċettawhom bil-kalma.
Aktarx il-bidu tad-dubji hu l-ewwel Beatitudni: “Henjin il-fqar fl-ispirtu”. Xi wħud jirrispondu: “Kif, Mulej? Irrid nirrinunċja għal kollox? Nagħti kollox lill-fqar?” Dan ir-raġunar inibbet id-dubji fina. Ġesu jaf b’dan, u jagħtina l-għajnuna u l-qawwa biex nifhmu sew dil-proposta tiegħu li tfisser: Henjin dawk li jghazlu li jghixu fis-semplicita kif qed jipproponi Gesu’ permezz tal-evengelju. Li bil-mod kif qed jipproponi Gesu biex nghixu, ghandu jwassalna li ma jkun jonqosna xejn ! Fid-Dinja hawn bizzejjed ghal-kulhadd biex jghix b’mod dinjituz. Fqar mil-egoizmu u l-kilba u sinjuri fl-imhabba u fl-altruizmu. Hieni min jilqa dan l-istess messagg.
Dment li nibqgħu fuq il-livell tal-Muntanja, jirnexxielna nilqgħu dil-proposta bid-dubji li ġġib magħha. Jekk nitbiegħdu mill-Muntanja, nibdew infittxu provi konkreti, umani, xjentifiċi. Il-Fidi rridu nmantnuha l-ħin kollu bil-Kelma t’Alla, inkella tiddgħajjef.
“Ġesu resaq lejhom”. Ġesu tielgħa s-Sema. Ma jfissirx li se jitlaq (“Jien nibqa’ magħkom għal dejjem”). L-Irxoxt jersaq lejn id-dixxipli, u se jibqa’ qrib tagħhom, għax lil dawn se jafdalhom il-missjoni tiegħu.
“Kull qawwa ngħatat lili..” Mhux dik li biha ttentah ix-xitan fid-deżert, qawwa li tiddomina bil-forza. Imma l-qawwa t’Alla, tal-imħabba, dik li tagħti ħajtek għall-oħrajn. Ġesu għandu dil-qawwa fil-milja kollha tagħha. Issa se jgħaddiha lid-dixxipli.
“Morru, mela….” Morru, ibdew, għamlu lil kulħadd dixxipli, ħajruhom jaċċettaw il-proposti tal-Beatitudni. Kulħadd, i.e. il-ġnus kollha. Għall-Lhud din kienet idea ġdida. Huma biss kienu l-poplu t’Alla, huma biss kienu se jsalvaw. Imma l-pjan t’Alla kien li huma jikkonvertu ġnus oħra, mhux iżommu s-salvazzjoni għalihom biss.
“Għammduhom…” “Battizzare” propjament tfisser “immersjoni”, tniżżel taħt l-ilma. Mela l-ewwel dixxipli, u aħna l-Insara (id-dixxipli tal-lum), għandna l-obbligu li nħajru kull bniedem, ta’ kwalunkwe razza, biex “jegħreq” fil-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, jiġifieri, bis-simbolu tal-ilma mraxxax fuq rasu jew imdawwar ma’ ġismu kollu, hu jidħol jagħmel parti mill-ħajja Divina, il-ħajja tat-Trinita’.
“…. kulma għallimtkom jien…” fuq kollox il-Beatitudni.
“Jien magħkom dejjem”. Ġesu m’huwiex “hemm fuq” imma qiegħed magħna u qed jakkumpanjana f’kull pass li nagħmlu. Il-missjoni tal-Knisja llum hi li żżomm preżenti lil Kristu f’ħajjitna. U aħna mbagħad irridu nkunu xhieda ta’ Kristu Rxoxt.
Awtur: Joe Farrugia Segretarjat għal-Lajċi
16 May 2023
How does the promise of the Holy Spirit's presence in our lives impact our sense of belonging to the community and the Church ?
The promise of the Holy Spirit's presence in our lives has a significant impact on our sense of belonging to the community of believers. When we receive the Holy Spirit, we become part of the body of Christ, which is the community of believers. The Holy Spirit unites us as one body, regardless of our differences in culture, race, or socio-economic background.
14 May 2023
Community and Belonging - FAQ
The Holy Spirit plays a crucial role in bringing us together as a community. When we receive the Holy Spirit, we are given a new identity as children of God and are joined together in the body of Christ. The Holy Spirit empowers us to love one another, to serve each other, and to work together to fulfil God's purposes in the world.
The Holy Spirit also gives us a shared mission and purpose as a community. We are called to proclaim the good news of Jesus Christ to the world and to be his witnesses in every area of our lives. The Holy Spirit equips us with spiritual gifts and talents that we can use to serve others and build up the body of Christ.
In short, being part of a community means that we are not alone in our faith journey. We have other people who are walking alongside us, encouraging us, and supporting us. And the Holy Spirit is the glue that holds us together, empowering us to love one another and work together for God's glory.
12 May 2023
How do our attitudes and actions towards others reflect our love for Jesus and our commitment to the community ?
How can we encourage each other to grow in our faith and develop a deeper relationship with Jesus?
Encouraging one another to grow in our faith and develop a deeper relationship with Jesus is a vital aspect of building a supportive community of believers. Here are some practical ways we can encourage each other:
How can we demonstrate the fruits of the Holy Spirit in our relationships with others in our communities ?
Demonstrating the fruits of the Holy Spirit in our relationships with others in the community of believers is essential to building healthy and supportive relationships. Here are some practical ways to demonstrate the fruits of the Holy Spirit in our relationships:
Jiena nitlob il-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor - Studju Bibbliku Ġw 14, 15-21- Il-Ħames Ħadd tal-Għid
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom. Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom. Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll għad tgħixu. F’dak il-jum intom tagħrfu li jiena f’Missieri, u intom fija u jiena fikom. Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”.
Il-Kelma tal-Mulej
Ġesu jkompli d-diskors tiegħu fiċ-ċenaklu, u naqraw biċċa oħra mit-Testment tiegħu. Huma kliem ta’ mħabba tal-Għarus lill-għarusa tiegħu (il-Komunita’). Il-kelma “tħobb” insibuha 26 darba f’dan it-Testment imqassam f’ħames kapitli.
“Jekk tħobbuni…..” Ġesu jitlob l-imħabba tagħna lejh seba’ darbiet f’dawn il-kapitli. “Tħobbuni” żgur mhux xi sentimentaliżmu, imma “min irid jgħaqqad ħajtu ħaġa waħda ma’ Tiegħi” – l-istess kif għarus jitlob lill-għarusa tgħaqqad ħajjitha ma’ ħajtu fi proġett ta’ mħabba “sa mal-mewt tifridna”.
“Tħarsu l-Kmandamenti Tiegħi,” mhux biss l-għaxra tas-soltu imma li ngħixu kemm jista’ jkun kif għex Hu – għotja għall-oħrajn.
Il-ħajja ta’ żagħżugħ tinbidel ta’ taħt fuq hekk kif jiġġennen wara tfajla: jibda jagħmel kollox biex jogħġobha, jilbes aħjar, jistudja, jistinka u jaħdem aktar. Għax imħabba sinċiera bħal din tiġġenera ħafna enerġija.
Meta wieħed isir iħobb tassew lil Ġesu jagħmel l-istess. Ftit vrus qabel ma qal “tħarsu l-Kmandamenti” kien għadu kif qalilhom: “Nagħtikom bħala rigal kmandament ġdid (ġdid fis-sens li se jieħu post l-oħrajn kollha ta’ qablu): li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien. Minn dan jgħarfukom li intom dixxipli Tiegħi.” Dan hu kmand wieħed li mhux se jiġi imponut minn barra bħal dawk tal-liġi l-qadima.
Dil-ħajja tal-Imħabba mogħtija lilna bħala rigal mill-Missier Etern, hi l-istess Imħabba li sostniet lil Ġesu tul ħajtu u hija l-istess spirtu mogħti lilna biex isir kmandament fina, u nobduh mhux għax bil-fors, imma sforz l-identita tagħna ta’ wlied Alla. Bħal Ġesu li obda sal-mewt mhux imħabba xi kmandament li ġie mpost fuqu minn barra, imma għax kien dan l-ispirtu fih li qanqlu biex jagħti ħajtu minn rajh, għax din hi l-Ħajja Divina: ir-rigal tal-Imħabba.
Fil-fatt il-messaġġ kollu ta’ Ġesu jista’ jinġabar f’din il-kelma waħda: “Ħobbu!” Dan ma jitwettaqx b’azzjoni waħda imma b’diversi, i.e. kull mument ta’ ħajti jien irrid nagħżel il-mod kif se nħobb l-aktar. Fl-innu għall-imħabba ta’ San Pawl insibu li l-imħabba taf tadatta ruħha għal kull sitwazzjoni. Min iħobb bħal Ġesu jaf x’iferraħ il-proxxmu u x’jgħinu biex jitbissem u jħossu tajjeb.
“Tħarsu l-Kmandamenti…” tħarsu, i.e. iżżommuhom f’qalbkom, ikunu l-ħin kollu għad-dispożizzjoni tagħkom biex, malli jinqala’ l-bżonn, tirreferu għalihom. F’kelma waħda nagħmluhom parti minna, mill-istess ħajja tagħna.
Il-konsegwenza ta’ min jagħmel hekk hi li jkun disponibbli biex jirċievi l-Ispirtu s-Santu: “u Hu jagħtikom Difensur”, dak li se jkun viċin tagħkom biex jiddefendikom mill-inklinazzjonijiet u xewqat ħżiena. Dment li Ġesu kien fid-dinja, Hu kien id-Difensur tal-Appostli. Imma issa li sejjer, qed iwiegħed Difensur, Konsolatur li se jibqa’ magħna għal dejjem. Dan hu l-Ispirtu tal-verita, dak li se jgħinna nimxu mhux fil-gideb imma fis-sewwa, ngħixu ħajja vera, awtentika. L-anqas iħallina nidħku bina nfusna.
Nieħdu tnejn min-nies li jkollhom xi jgħidu fuq xi ħaġa. Jgħollu leħinhom, iħarsu b’qilla, u forsi jaslu biex jaħbtu għal xulxin. Din mhix imġieba umana imma bestjali. Il-bniedem veru jiddi minnu dak li jikkaratterizzah: imbuttat mill-Ispirtu li jgħix fih, jagħmel kollox bl-imħabba. Fil-fatt, kull azzjoni li mhix ġejja mill-imħabba hija gidba.
….”li d-dinja ma tistax tilqgħu..” Mhux qed jgħid għall-oħrajn imma għal dik il-parti fija li tkompli tixxennaq għall-poter, regħba, eċċ u li tipprova tfixkel ir-rapport tiegħi ta’ servizz għall-oħrajn. Din is-sħaba sewda tinsab f’kull wieħed minna u tkun trid toħnoq il-miġja tas-Saltna l-ġdida, i.e. is-saltna tal-ħrief mhux tal-ilpup.
“…iżda intom tagħarfuh, għax jiġi jgħammar fikom.” L-Appostli għadhom kif raw lil Ġesu jaħslilhom riġlejhom, joffri l-id tal-ħbiberija lil Ġuda, iqawwi qalb Pietru. Dan l-Ispirtu jafuh għax rawh jaħdem fi Kristu. Il-Qawwa ta’ dan l-istess Spirtu se tgħaddi għal għand l-Appostli, Qawwa li tgħinhom u tgħallimhom kif għandhom iħobbu.
“Ma nħallikomx iltiema”. Iltim u armel hu dak li sofra firda ta’ xi ħadd għażiż. Ġesu jserraħ moħħ l-Appostli (u aktar tard lill-Komunita’ Nisranija) li fuq il-Kalvarju se jmut il-ġisem li kien limitat bħal ta’ kull bniedem ieħor. Imma issa se jerġa’ jiġi u jkun preżenti f’ħajjithom b’ġisem ġdid, glorjuż u bla limiti. Se jkun preżenti l-ħin kollu magħna għax ma jkollux bżonn mistrieħ jew irqad.
“Ftit ieħor u d-dinja ma taranix aktar, ma tarax il-ġisem antik tiegħi. Imma intom għad tarawni bil-ġisem il-ġdid, għax jien ngħix. U din il-ħajja se ngħaddiha lilkom.” Din se tkun il-mixja ta’ kull Nisrani li kuljum jiskopri dejjem aktar xi tfisser il-ħajja ta’ Kristu (l-Għarus) mogħtija lill-Komunita’ (l-Għarusa) bħala don.
“Dak in-nhar intom tagħarfu li jien f’Missieri u intom fija u jiena fikom.” Dan hu l-għan ta’ kull Quddiesa: l-għaqda tal-membri tal-Komunita bejniethom, u l-għaqda tal-Komunita fit-Trinita’. Wara kollox il-Quddiesa hija ikla ta’ tieġ “ - ‘Hienja dawk li kienu mistiedna għall-mejda TAT-TIEĠ tal-Ħaruf’. Qalli: ‘Dan hu kliem tassew ta’ Alla’”(Apok: 29, 7-9). Kristu li hu wieħed jiġi fina li aħna ħafna. U aħna li aħna ħafna nsiru ħaġa waħda permezz ta’ Kristu (Communion = union of the Community).
“Min għandu l-Kmandamenti tiegħi …dan hu li jħobbni.” Dan id-diskors ta’ Ġesu, għalkemm imsejjaħ minn xi wħud bħala Testment, mhux xi tmiem imma bidu.
Author: Joe Farrugia Segretarjat għal-Lajċi
05 May 2023
Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja - Studju Bibbliku Ġw 14, 1-12 - Il-Ħames Ħadd tal-Għid
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu?”. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha”.
Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?”. Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri: minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi diġa’ rajtuh”. Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina”. Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli: “Urina l-Missier?”. Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu.
Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija. Jekk mhux għal ħaġ’oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier”.
Il-Kelma tal-Mulej
L-aħbar tat-tradiment ta’ Ġuda, taċ-ċaħda ta’ Pietru u tat-tluq ta’ Ġesu ħawdu ħafna l-imħuħ tal-Appostli. Ġesu qalilhom li kien jaqblilhom li huwa jmur għand il-Missier, għax kien se jħejjilhom post u jerġa’ jiġi għalihom. Fil-fatt il-Knisja dejjem kienet tgħożż din il-wegħda u tistennieh “sa ma jiġi fil-glorja.”
Dan id-diskors Ġesu jgħidu il-lejl qabel ma miet, wara li ħasel riġlejn l-Appostli. Għalkemm qed jipprepara għall-mewt l-aktar kiefra, moħħu kien fl-Appostli biex jagħmlilhom il-qalb u jagħtihom kuraġġ. Jassigurahom li, għalkemm se jkollu jħallihom, se jibqa’ magħhom. Dan iservi ta’ lezzjoni għall-ħajja Nisranija, li anki fid-diffikultajiet l-aktar kbar, għandna l-garanzija ta’ Ġesu: “Jien magħkom sal-aħħar.”
Dis-silta hija magħżula f’dan iż-żmien tal-Għid, għax hija t-testment ta’ Ġesu. Għalhekk illum naqraw bl-akbar imħabba u rispett x’ħallilna Ġesu. Inkitbet xi 50 sena wara l-Qawmien fejn xi komunitajiet Insara fl-Asja Minuri kienu qed jiffaċċjaw qtigħ ta’ qalb minħabba persekuzzjonijiet. Ma kienx hemm tixrid ta’ demm, imma xorta waħda xi wħud tħawdu, qatgħu qalbhom u ċaħdu l-Fidi. Għalhekk Ġwanni jipproponi l-Vanġelu tal-lum għalihom u għal kull min ikun se jaqta’ qalbu.
L-ewwel ħaġa li jgħid Ġesu hi: “Tħallux qalbkom titħawwad.” Fl-aħħar diskors ta’ Mose’ lil Lhud, qabel ma daħlu fl-Art Imwiegħda, qalilhom: “Taqtgħux qalbkom! Il-Mulej se jkun magħkom u se jurikom it-triq minn fejn tridu tgħaddu.” Ġesu issa qed jgħid l-istess lill-Appostli: wasal il-waqt li tibda s-Saltna Tiegħu, mhux dik tal-bhejjem selvaġġi imma tal-ħrief. Biex jgħixu ta’ ħrief qalb l-ilpup, l-Appostli se jiġuhom mumenti ta’ biża’. Ġesu jgħid: “Ibqgħu emmnu f’Alla, u fija wkoll,” i.e. mhux temmnu darba u daqshekk imma tipperseveraw fil-fidi, anki waqt xi prova ħarxa.
“Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna għamajjar…. sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu.” Mhux qed jgħid għall-Ġenna. Dik ilha bbukkjata għalina. Fi Ġwanni 2, “id-Dar ta’ Missieri” hi t-Tempju l-ġdid, il-Knisja fejn se tibda tiltaqa’ l-Komunita. F’din il-miġemgħa hemm ħafna għamajjar, i.e. hemm post għal kulħadd. Kull membru hu għamara xierqa li minnha titla’ għand il-Missier il-fwieħa tal-imħabba tal-proxxmu. Il-membri huma diversi għax mhux kulħadd jirċievi l-istess doni minn għand l-Ispirtu s-Santu. Id-doni kollha huma meħtieġa u ma jinpurtax jekk xi doni jagħmlu wieħed Papa u ieħor katekist. Kulħadd hu mportanti u għandu l-missjoni tiegħu x’jaqdi billi juża’ d-doni kif jixraq għas-servizz ta’ ħutu u għat-tixrid tas-Saltna.
F’dan il-qsim tad-doni tgħammar il-Ħajja Divina. Bl-għotja ta’ ħajtu, Ġesu ppreparalna s-sala tal-pranzu fejn naqsmu l-imħabba tagħna ma’ ħutna. Aħna, li għandna bżonn xulxin, immantu lilna nfusna b’din l-imħabba reċiproka li tgħaqqadna bħala ulied tal-istess Missier. Kif fwieħa tingħaraf minn oħra, hekk din l-imħabba tingħaraf minn kulħadd mill-ewwel għax tolqot kemm lit-tajbin kemm lill-ħżiena, il-qaddisin u l-midinbin, is-sinjuri u l-fqar, u dan għax l-oriġini tagħha huwa Alla nnifsu: “Minn dan nixtieq li jagħrfukom in-nies – l-imħabba għal xulxin.”
“U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Hawn Ġesu jipprovokahom ftit, biex jgħallimhom kif se tkun ħajjithom wara li jqum mill-mewt. Tumas, it-tewmi tiegħi u tiegħek, qabeż fil-pront: “Kif nistgħu nafu t-triq? Int sejjer għall-mewt. Din it-triq li qed tgħid?” Tumas għadu m’għamilx l-esperjenza tal-Qawmien. Għalhekk għalissa l-mewt kienet tfisser li jispiċċa kollox.
Ġesu jwieġbu: “Jien Hu t-Triq, il-Verita u l-Ħajja.” (a) It-Triq, i.e. il-mixja tagħna li twassalna biex inwettqu l-iskop tal-eżistenza tagħna, id-dħul fid-Dar tal-Missier. Din il-mixja hija Ġesu stess. (b) Il-Verita’: mhux xi kunċett filosofiku jew ta’ raġunar imma persuna, Ġesu stess – il-bniedem veru, awtentiku, il-bniedem li rnexxa. Il-bniedem vjolenti mhux bniedem veru għax għadu jixbah lill-bhima selvaġġa. Ġesu hu l-bniedem veru għax jurina wiċċ Alla. (ċ) Il-Ħajja: mhux dik bijoloġika imma eterna, i.e. dik li l-ebda mewt ma tista’ tmissa.
“Kieku għaraftu lili kontu tagħrfu ‘l Missier.” Filippu: “Urina ‘l Missier u jkun biżżejjed għalina.” Li wieħed jara’l Alla kienet ilha x-xewqa ta’ ħafna: “Jien infittex ‘il wiċċek Mulej” (Salm 27). Ħafna minna llum ukoll ifittxu lill-Mulej, imma kull tant fil-postijiet u ħwejjeġ żbaljati.
Ġesu jwieġeb: “Min ra lili ra l-Missier ukoll.” Ħadd qatt ma ra wiċċ Alla, l-anqas Abraham u Mose’. L-unika mod biex wieħed jara wiċċ Alla hu li jikkontempla l-immaġini perfetta tiegħu fl-Iben. Fil-mentalita’ Lhudija, Ġużeppi bin Ġwanni ifisser li Ġużeppi jixbaħ lil Ġwanni, mhux biss fil-fattizzi, imma fil-karattru u temperament.
Fil-Magħmudija u t-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesu, il-Missier jirrikonoxxi lil Ġesu: “Dan hu Ibni l-Għażiż.” Jagħmel żball min jgħid li r-reliġjonijiet kollha huma ndaqs u l-istess. Kull reliġjon li ma tagħrafx lil Alla fil-persuna ta’ Ġesu hija falza. In fatti lil Filippu Ġesu’ jkompli jgħid: “Il-Missier li jgħammar fija qed iwettaq l-għemil.” Alla tal-Antik Testment kien Alla li jagħti l-ħelsien mill-jasar, jipproteġi l-orfni, r-romol, il-fqar, u l-barranin u kien jagħti każ ta’ kull min qed ibati xi nġustizzja. Din l-immaġini rrepetiha Ġesu f’ħajtu.
“ Min jemmen fija, hu wkoll jagħmel l-għemil.. u akbar minnu għad jagħmel.” Min jemmen, i.e. min jafda ħajtu għal din il-proposta ta’ dinja ġdida, ordni ġdid, se jagħmel ħwejjeġ kbar. Ġesu kellu ftit anqas minn tlett snin biex iwettaq il-missjoni. Dan kien biss bidu: il-bqija ħallieh f’idejn l-Appostli ta’ żmienu u ta’ żmienna.
Author: Joe Farrugia Segretarjat għal-Lajċi
Featured post
Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'
Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...
![](https://blogger.googleusercontent.com/img/b/R29vZ2xl/AVvXsEgO5b_S5INA242xE_Qt7kGNIpQCP57RJ5WzY0SVlSgnMnHHlWmxl_U4s-oBfQtDf4Pld3UlGpB9ZTrG_sJckTZdHH10bZy63PTpnxPdON-f4Kx2HSv7jSX_4PqntpxTxfAK4Uz1vo237OKbhatx-YXxsGv26VHdzAQW02ZBe73G3voS5RaPFvS37xzFbkI/w400-h225/13.png)
-
Darba, filgħaxija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u m...
-
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kotra tan-nies: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, bi...
-
Have you ever heard a story so incredible it makes you question everything you thought you knew? The birth of John the Baptist is one such...