Meta Pixel Code

31 December 2023

Xi tfisser “Sejf jinfidlek ruħek.” ?

 



Issa Xmun idur fuq Marija: “Sejf jinfidlek ruħek.” Ejjew ninsew l-immaġini tas-7 stalletti li jinfdu qalb Marija, għax dan is-sejf li semma’ Xmun mhux dulur, imma simbolu tal-mod effikaċi ta’ kif taħdem il-Kelma t’Alla, kif insibu tant drabi fil-Bibbja, e.g. “Xabla li taqta’ b’żewġt ixfar,” i.e. li tippenetra l-qalb tal-bniedem u tqalliblu ħajtu ta’ taħt fuq.  

Ġesu’ wkoll darba qal: “Il-Kelma tiegħi mhux se ġġib il-paċi għax se titlob li l-bniedem jagħmel għażliet kull tant ibsin.  Min jisma’ dil-kelma jista’ jkollu bżonn jagħmel xi għażla drammatika meta jiġi f’konfront ma’ xi ħbieb jew tal-familja.” 

Ma ninsewx li Marija omm il-Messija hija simbolu ta’ Israel.  Meta l-Kelma se tasal għand il-poplu, dan se jinqasam bejn dawk li jaċċettawha, u l-oħrajn li ma jilqgħuhiex.  Din hi qasma tal-biki.  S. Pawl mhux l-ewwel darba li juri d-diżappunt tiegħu fuq dawk li ma ridux jafu bi Kristu. 

Anki Marija nnifisha mhux dejjem setgħet tifhem it-tagħlim ta’ Ġesu’ billi dan kien ikun f’konflitt mat-tagħlim li ħadet hi mir-Rabbini. B’hekk, f’ċerti mumenti ta’ ħajjitha ħasset din il-qasma f’qalbha, (a) dak li qal Xmun illum; (b) fit-Tempju meta Ġesu’ qal: “Ma tafux li rrid nieħu ħsieb il-ħwejjeġ ta’ Missieri?” (ċ) meta Marija u qraba oħra marru Kafarnaum biex iżommu lil Ġesu għax qalu li tilef moħħu (Mk 3. 21). 

Anki aħna, meta taslilna l-Kelma, inħossu din il-qasma f’qalbna, għax (a) inkunu għadna marbutin mat-tagħlim ta’ tfulitna, u mad-drawwiet u t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna; u (b) dil-Kelma tistedinna nagħmlu għażliet ibsin. 

It-tifel baqa’ jikber u jissaħħaħ, mimli bil-għerf - Studju Bibbliku Lq 2, 22.39-40 - Il-Ħadd fost l-Ottava tal-Milied


Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej” – u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu. L-Ispirtu s-Santu kien nebbħu li ma kienx se jara l-mewt qabel ma jara l-Messija tal-Mulej. Mar mela fit-tempju, imqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri daħlu bit-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa laqgħu fuq dirgħajh, bierek lil Alla u qal:“Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skont kelmtek, għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek li int ħejjejt għall-popli kollha, dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-polpu tiegħek Iżrael”.

Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, – u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! – biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna”.

Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb. Dak il-ħin stess waslet, u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma’ dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta’ Ġerusalemm.

Meta temmew kull ma kellhom jagħmlu skont il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta’ Nazaret. U t-tifel baqa’ jikber u jissaħħaħ, mimli bl-għerf. U l-grazzja ta’ Alla kienet fuqu.

Il-Kelma tal-Mulej




Meta koppja Lhud kien ikollhom tifel, kien meħtieġ jagħmlu żewġ riti: (a) Fil-Lvant Nofsani dak iż-żmien kienu jibżgħu li mal-ħruġ ta’ xi demm mill-ġisem (bħalma jiġri fi twelid) wieħed jiġi espost għal xi mard. Għalhekk kienet meħtieġa il-purifikazzjoni; (b) Fit-Torah kien hemm stipulat li l-ewwel wild kellu jiġi offrut lill-Mulej bħala sinjal li dan kien rigal t’Alla.  

Naturalment ma setgħux joqtlu tarbija.  Minn flokha kienu jissagrifikaw annimal skond  il-mezzi li jkollhom. 

Għal ħames darbiet insibu lil Marija u Ġużeppi jobdu l-liġi Lhudija, għax għalihom din kienet ir-rieda t’Alla.  (i) L-ewwel messaġġ għalina llum hu li meta niġu biex nagħmlu xi għażliet  kemm ħfief u kemm tqal, għandna nikkonsultaw il-kelma u r-rieda t’Alla. (ii) it-tieni: meta koppja jsiru ġenituri ma jridux jinsew li binhom hu rigal li ġie misluf lilhom minn għand Alla, biex jedukawh fil-ħajja Nisranija u biex, meta jikber, joffruh għas-servizz tal-bini tas-Saltna ta’ Kristu.  Din hi t-tifsira meta koppja jimxu mad-drawwa sabiħa li għandna aħna u jmorru jippreżentaw it-tarbija tagħhom fil-Knisja.  (iii) It-tielet: Marija u Ġużeppi offrew par ħamiem, li jfisser li Ġesu’ twieled f’familja fqira.  Mill-bidu nett ta’ ħajtu ġie jgħammar qalb il-fqar. 

Xmun idum ħajtu kollha jistenna l-miġja tal-Messija. Dan ix-xwejjaħ, meqjuż bħala profeta, jirrapreżenta l-istennija għal mijiet ta’ snin tal-poplu Lhudi.  Meta l-familja Mqaddsa daħlu fit-Tempju, minn tant nies u saċerdoti li kien hemm, żewġ persuni biss għarfu Ġesu’ minn kien: Xmun u Anna.  

Anki llum, Ġesu’ għadu jiġi f’ħajjitna permezz tal-Kelma Tiegħu.  Imma kemm minna jilqgħu dil-Kelma bħala l-Messija li ġie biex jerfagħna mill-kundizzjoni mjassra tad-dnub, u jgħollina għall-ħajja ta’ ferħ, il-ħajja awtentika tal-liberta’. 

Xmun għaraf lill-Messija għax kellu dawn il-karatteristiċi: (a) “ġust”, i.e. sinċier, lejali u ta’ qalb safja. “Imberkin ta’ qalbhom safja, għax jaraw l-inviżibbli, ‘l Alla” (Beatitudni). Jekk aħna ma nkunux bħalu, jekk qalbna marbuta ma’ xi idolu ta’ did-dinja, mhux se nagħrfu ‘l Alla fil-Kelma li nisimgħu; (b) “tajjeb”, i.e. ma jiżvijjax mit-triq it-tajba;  (ċ) “Kien jistenna l-faraġ ta’ Israel”. Waqt li ħafna Lhud qatgħu qalbhom mill-Messija (bħalma jagħmlu xi wħud illum, jitilfu t-tama u jitilqu l-Fidi), Xmun baqa’ jippersevera; (d) “Kien immexxi mill-Ispirtu s-Santu”. Xmun kien dejjem attent biex jisma’ l-pariri tal-Ispirtu s-Santu, i.e. qaddis, differenti mill-pariri u kriterji tal-bnedmin; (e) “Iħares ‘il quddiem bit-tama, lejn il-futur. “ Ma kienx igerger għax xiħ, jew għax kien hemm ħafna ħażen fid-dinja.  Billi kien f’qagħda li jkun imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, ta sens lil ħajtu;  (f) Xmun jilqa’ l-futur f’dirgħajh u b’hekk jirrapreżenta lil dawk il-Lhud li baqgħu fidili għall-Kelma t’Alla u baqgħu jittamaw fil-wegħdiet Tiegħu. Aħna wkoll jiħtiġilna nilqgħu l-Vanġelu f’dirgħajna biex ngħixuh u nwassluh lill-oħrajn.

Xmun ikanta l-innu “Nunc Dimittis”: “issa li żammejt kelmtek miegħi, tista’ tħalli lil dan il-qaddej imur fis-sliem.” Xmun ibierek lill-Mulej li ta sens lil ħajtu. Xmun ma jibżax mill-mewt għax din se tħollu mill-irbit li jxekkel ħajjitna.  Kien għex ferħan għax  bħala “qaddej tajjeb” wettaq dejjem ir-rieda t’Alla.  Issa li għajnejh raw is-salvazzjoni li Alla ħejja għall-popli kollha, ma kellhom xejn aktar x’jaraw.      

Marija u Ġużeppi stagħġbu meta semgħu li Ġesu’ kellu jġib is-salvazzjoni għall-popli kollha.  

Issa Xmun idur fuq Marija: “Sejf jinfidlek ruħek.” Ejjew ninsew l-immaġini tas-7 stalletti li jinfdu qalb Marija, għax dan is-sejf li semma’ Xmun mhux dulur, imma simbolu tal-mod effikaċi ta’ kif taħdem il-Kelma t’Alla, kif insibu tant drabi fil-Bibbja, e.g. “Xabla li taqta’ b’żewġt ixfar,” i.e. li tippenetra l-qalb tal-bniedem u tqalliblu ħajtu ta’ taħt fuq.  

Ġesu’ wkoll darba qal: “Il-Kelma tiegħi mhux se ġġib il-paċi għax se titlob li l-bniedem jagħmel għażliet kull tant ibsin.  Min jisma’ dil-kelma jista’ jkollu bżonn jagħmel xi għażla drammatika meta jiġi f’konfront ma’ xi ħbieb jew tal-familja.” 

Ma ninsewx li Marija omm il-Messija hija simbolu ta’ Israel.  Meta l-Kelma se tasal għand il-poplu, dan se jinqasam bejn dawk li jaċċettawha, u l-oħrajn li ma jilqgħuhiex.  Din hi qasma tal-biki.  S. Pawl mhux l-ewwel darba li juri d-diżappunt tiegħu fuq dawk li ma ridux jafu bi Kristu. 

Anki Marija nnifisha mhux dejjem setgħet tifhem it-tagħlim ta’ Ġesu’ billi dan kien ikun f’konflitt mat-tagħlim li ħadet hi mir-Rabbini. B’hekk, f’ċerti mumenti ta’ ħajjitha ħasset din il-qasma f’qalbha, e.g. (a) dak li qal Xmun illum; (b) fit-Tempju meta Ġesu’ qal: “Ma tafux li rrid nieħu ħsieb il-ħwejjeġ ta’ Missieri?” (ċ) meta Marija u qraba oħra marru Kafarnaum biex iżommu lil Ġesu għax qalu li tilef moħħu (Mk 3. 21). 

Anki aħna, meta taslilna l-Kelma, inħossu din il-qasma f’qalbna, għax (a) inkunu għadna marbutin mat-tagħlim ta’ tfulitna, u mad-drawwiet u t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna; u (b) dil-Kelma tistedinna nagħmlu għażliet ibsin. 

Il-profetessa Anna: Aser kien l-iżgħar tribu’ u l-inqas wieħed importanti. Kien jgħix fit-Tramuntana fejn l-art fertili kienet trendi ġid kbir.  Dal-ġid materjali ġab miegħu faqar spiritwali.  Ftit nies bħal Anna baqgħu fidili lejn Alla. 

Din tgħallimna li meta nkunu mdawrin b’ħafna materjaliżmu, xorta nistgħu nibqgħu fidili għat-twemmin tagħna.  

Israel ġieli kien imxebbaħ ma’ armla, jiġifieri ma tistax tagħmel frott għax ma tħallix l-Għarus preżenti f’ħajjitha.  B’kuntrast, Anna tibqa’ tistenna il-miġja tal-Messija b’fedelta’ għal 84 sena (7 snin miżżewġa – in-numru 7 juri xi ħaġa kompluta. Tnax = in-numru li jindika lill-poplu Lhudi.  12  X  7 = 84). Anna hija l-figura ta’ dawk il-Lhud li ma qatgħux jieshom mill-wegħda t’Alla li jibgħat il-Messija.

Ma titħarrikx mit-Tempju. Ma marritx tfittex raġel ieħor. Ma kinitx titlef żmien tpaċpaċ fil-vojt. Iż-żmien tagħha prezzjuż, u riedet tgħixu fid-dar tal-Għarus, f’sintonija u intimita’ miegħu.  Ta’ dan, l-Għarus fdalha l-missjoni li titkellem fuqu, għax min iħobb, ma jistax jagħmel mod ieħor ħlief jitkellem fuq il-maħbuba tiegħu. 

Anki min f’did-dinja jħossu insinifikanti, imma jibqa’ fidil lejn l-Għarus, jista’ jħabbru u jxandru lill-oħrajn. 

Anna tieħu t-tarbija f’dirgħajha, imbagħad tippreżentah lill-umanita’.    

“It-tifel baqa’ jikber u jitqawwa u jintela’ bl-għerf.” Ġesu’ trabba bħat-tfal l-oħra ta’ Nazaret ħlief li intela’ bl-għerf u l-grazzja t’Alla. L-għerf hawn mhux xi tagħlim tal-professuri, imma l-għarfien ta’ kif wieħed jgħix ħajja awtentika li twassal għall-perfezzjoni tal-bniedem uman.  Il-grazzja (ħaris=sbuħija) i.e. Ġesu’ kiber f’raġel li kien jidher sabiħ f’għajnejn il-bnedmin.

22 December 2023

U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? - Studju Bibbliku Lq 1, 39-45 - Ir-Raba' Ħadd tal-Avvent

 


F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kulma bagħat jgħidilha l-Mulej”.

Il-Kelma tal-Mulej



Fis-silta tal-lum se naraw kif Eliżabetta qalgħet il-grazzja tal-maternita’ wara ħafna snin bla tfal. Marija ħasbet fiha u qabdet it-triq biex tmur iżżura u tgħinha f’dak li tiħtieġ.  Meta nqsiu li Marija kellha biss xi 14-il sena, aktarx li Eliżabetta kienet xi zija jew buszija, u mhux kuġina. 

In fatti l-kelma użata bil-Grieg tfisser ‘qariba’. Hawn min isaqsi: “X’setgħet tagħmel Marija waqt it-twelid ta’ Ġwanni? Żgur li għand Żakkarija kien hemm nisa oħra ta’ esperjenza għal dan l-iskop. U Marija kif  għamlet  dak il-vjaġġ perikoluż? Żgur ma marritx waħedha. Forsi mar Ġużeppi magħha, kif naraw f’xi pitturi? Għalina biżżejjed inqisu l-lingwaġġ ta’ Luqa biex nisiltu l-messaġġ tal-lum.

“F’dawk il-ġranet….” ftit wara li Gabrijel deher lil Marija u qalilha: “Il-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek.” Dan mhuwiex dell materjali, imma qed jirreferi għas-sħaba li, waqt l-Esodu, xeħtet id-dell tagħha fuq l-Arka tal-Allejanza. Fl-Antik Testment, id-dell kien jindika l-preżenza t’Alla. Fl-Arka kienu jżommu t-twavel tal-Allejanza li kienu sinjal qawwi ta’ din il-preżenza t’Alla. Luqa llum irid jgħidilna li l-vera preżenza t’Alla issa m’għadhiex aktar f’dik il-kaxxa tal-injam miksija bid-deheb, imma f’Marija, l-Arka l-Ġdida, għax issa hi nkarnat il-Verb, u l-Iben t’Alla sar bniedem.

Wara t-tħabbira tal-Anġlu, Marija ħasset il-bżonn li żżur lil Eliżabetta, għax din ukoll intgħażlet biex tkun parti mill-pjan t’Alla. Marija ħaffet biex tmur, għax riedet taqsam l-esperjenza straordinarja tagħha ma’ xi ħadd li jifhimha.

Dan messaġġ għalina llum, aħna li lqajna il-Kelma t’Alla u ġiet inkarnata fina. Wara li għamilna din l-esperjenza meraviljuża li ġejna trasformati f’ulied Alla, suppost li nħossu wkoll dan l-entużjażmu ta’ Marija biex dil-Kelma naqsmuha u nxerrduha kemm nifilħu.

Minn Nazaret, Marija kellha titla’ l-għoljiet fejn jinsab ir-raħal sabiħ ta’ Għajn Karim.  Fl-ewwel ktieb ta’ Samwel insibu li l-Arka kienu ħatfuha l-Filistej u żammewha għoxrin sena f’post jismu Kirjatjarim. Meta David rebaħ fuq il-Filistej, reġa’ ġab l-Arka biex jeħodha lura fuq il-muntanja fejn hemm mibnija Ġerusalem. F’Kirjatjarim, il-Bizantini kienu bnew knisja iddedikata lil Marija, Arka tal-Allejanza.

Meta daħlet għand Żakkarija, Marija suppost sellmet lilu. Minn flok sellmet lil Eliżabetta.

Din ma kinitx xi “Bonġu” imma “Xalom” – sliem. Hekk kif sema’ din it-tislima, Ġwanni qabeż bil-ferħ f’ġuf ommu. 

Mela x’tislima kienet din? “Xalom” tindika l-barkiet kollha t’Alla imwegħdin mill-profeti. Dawn il-barkiet issa taw il-bidu tagħhom bil-miġja tal-Messija fil-ġuf ta’ Marija. 

“F’jiemu se twarrad il-ġustizzja, se jkun hemm paċi bl-abbundanza sakemm jintefa’ l-qamar” (Salm 72). “Il-Messija se jkun il-Prinċep tal-Paċi” (Isaija 9). “Il-Messija jeqred il-karru ta’ Efrajm, jinqered il-qaws tal-gwerra. Hu jxandar il-paċi lill-ġnus kollha” (Żakk. 9. 10). Bit-tislima tagħha, Marija qed tħabbar li beda dan iż-żmien ġdid ta’ paċi. 

Ġesu għad jgħid lid-dixxipli: “Meta tidħlu f’xi dar, l-ewwel għatuhom il-paċi.” Aħna d-dixxipli tal-lum, jekk tassew inkunu inkarnajna fina l-Kelma t’Alla u b’hekk insiru “Arka tal-Allejanza bħal Marija, jiħtieġ inwasslu dil-paċi fil-qlub tal-bnedmin.

“Imbierka inti fost in-nisa….. għax malli smajt it-tislima tiegħek, it-tarbija qabżet u tqanqlet bil-ferħ fi ħdani.” 

Dil-ġrajja tfakkarna meta l-Arka waslet Ġerusalem u David nieda festi kbar ta’ ferħ, kant u żfin. Messaġġ ieħor għalina: fejn jasal il-Vanġelu, hemm jaslu l-ferħ, il-paċi, iż-żfin (i.e. ċelebrazzjoni) u l-imħabba. Qatt m’għandna nippreżentaw il-Vanġelu kif konna nagħmlu fl-antik, i.e. mistur f’velu ta’ dwejjaq –“tagħmilx hekk” u “tagħmilx din” biss. Iż-żmien Messijaniku hu żmien ta’ ferħ: “We are the Easter people”. “Alla jiġi jżurna mill-għoli bħax-xemx tiela’, u jdawwal lil min jinsab fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, u jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem” (Kantiku ta’ Żakkarija).  “Qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir!” (L-anġlu lir-rgħajja).

“Imbierka int..” Il-kelma “imbierek’ (bil-Lhud barak) tfisser “tagħraf is-sors tal-ħajja u barka.” 

Eliżabetta, mimlija bl-Ispirtu s-Santu, tgħid lil Marija: “Int, aktar minn kull mara oħra fid-dinja, qed iġġorr il-ħajja mbierka,” għax fil-waqt li nisa oħra jġibu fid-dinja ħajja ġdida bijoloġika, Marija se twelled il-ħajja Eterna. Dil-ħajja se tiġi regalata lil kull bniedem.

“U minn fejn ġieni dan…?” L-istess kif kien qal David: “X’merti għandi jien biex l-Arka terġa lura għandi?” David poġġa l-Arka taħt tinda f’post fejn, aktar tard, Salamun bena t-Tempju ta’ Ġerusalem. Dan għamlu għax  it-tnax-il tribu’ ta’ Israel kienu miġġildin bejniethom.  David ried li l-Arka f’Ġerusalem tkun sinjal ta’ għaqda. 

Dan ifisser li fejn ikun hemm l-Arka, se jkun hemm sejħa għall-maħfra, rikonċiljazzjoni, imħabba u paċi. Bl-istess mod illum, kull min għandu l-Vanġelu inkarnat ġo fih, għandu jingħaraf bħala dak li jwassal l-għaqda, r-rikonċiljazzjoni, id-djalogu, l-imħabba u s-sliem.

“Imbierka dik li emmnet..” Din hija l-ewwel beatitudni tal-Vanġelu. Eliżabetta ma qaletx “Imbierka int” imma “dik”, għax kienet qed talludi għal kull min, bħal Marija, jemmen u jafda fil-Kelma tal-Mulej. Din hija stedina biex, wara li nkunu lqajna lill-Mulej fil-Milied, nipproponu biex fis-sena l-ġdida nafdaw fil-Kelma Tiegħu, u nġorru ix-Xalom u l-barkiet tas-sema lil ħutna l-bnedmin.

15 December 2023

Empowering Youth: Unveiling the Purposeful Journey



Today, we'll explore key themes inspired by John 1:6-8, 19-28, touching on identity, humility, preparation, purpose, bold testimony, pointing to Christ, understanding baptism, preparing the way for others, responding to God's call, and the significance of community and togetherness.

Identity and Humility:

Embracing humility allows us to discover our true identity in Christ. As young individuals, recognizing our value in Him sets the foundation for a purposeful life.

Preparation and Purpose:

Life's journey becomes more meaningful when we understand the importance of preparation. Let's prepare our hearts, minds, and skills to fulfil the unique purpose that God has for each one of us.

Boldly Testifying:

Our lives should be a bold testimony to the transformative power of Christ. Let's strive to not only speak our faith but to live it out in a way that inspires others to seek the truth.

Pointing to Christ:

Like the moon reflects the sun's light, let's reflect the love of Christ in our lives. By pointing others to Him through our actions, kindness, and unwavering faith, we become beacons of His light.

Understanding Baptism:

Baptism is more than a ritual; it's a sacred commitment to walk in the footsteps of Christ. Let's cherish the symbolic waters that mark a new life and a renewed spirit in Him.

Preparing the Way for Others:

As youth, we have the power to be pathfinders for those seeking the light. Our personal journeys can pave the way for others to encounter the grace and love of our Saviour.

Responding to God's Call:

God's call may not always be loud; sometimes, it's a gentle whisper in our hearts. Let's listen intently and respond with courage to the unique mission He has for each one of us.

Community and Togetherness:

We are not meant to journey alone. Joining hands with fellow believers forms a community that strengthens, uplifts, and reflects the unity Christ desires for His followers.

Conclusion:

Let's remember the significance of unity, humility, and a steadfast commitment to live out our faith. Together, as a community ignited by the love of Christ, we can inspire and empower the next generation to walk a purposeful journey in Him. Unite and Ignite, for we are called to be the light in a world that seeks hope and meaning.

F’nofskom hemm dak li intom ma tafuhx - Studju Bibbliku Ġw 1:6-8,19-28 - Tielet Ħadd tal-Avvent

 


Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl.

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din, meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?”. “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?”. “Le”, weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?”. U hu wieġeb kif qal il-profeta Iżaija: “Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Wittu t-triq tal-Mulej”.

Issa dawk il-messaġġiera kienu min-naħa tal-Fariżej. Huma staqsewh: “Mela kif qiegħed tgħammed la m’intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?”. “Jiena ngħammed bl-ilma”, weġibhom Ġwanni, “imma f’nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx, u li ġej warajja; jien anqas ma jistħoqqli nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu”.

Dan ġara f’Betanja, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed.

Il-Kelma tal-Mulej.




Ġwanni jibda l-Vanġelu tiegħu bi prologu (introduzzjoni): “…il-Verb kien Alla….il-Verb sar bniedem.” Il-verb hu l-kelma. Il-bniedem jgħaddi messaġġi kemm bil-kelma kif ukoll b’ġesti, b’ħarsa, tgħannieqa, bewsa, u anki bl-istess silenzju. Meta Ġesu’ ħalla midinba tbus riġlejh, għadda messaġġ lil dawk preżenti. Mela l-messaġġ ta’ Ġesu’ nsibuh f’kulma qal u f’kulma għamel.

Illum Ġesu’ għadu jkellimna permezz tal-Knisja tiegħu. Jiħtieġ nirriflettu ta’ spiss fuq dil-kelma, għax hi kelma ħajja li saret “id-dawl tal-bnedmin, id-dawl jiddi fid-dlam” (Ġw. 1. 4).

“Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni.” ‘Mibgħut minn Alla’ jfisser ‘anġlu’ mibgħut fid-dinja biex iwettaq xi ħaġa straordinarja. Meta twieled riedu jsemmuh Żakkarija (żaħar = tiftakar). Ma kienx fadal x’niftakru.


‘Ġwanni’ (Joħanann) ifisser “Alla hu mħabba”. Kulma smajna fuq Alla (imħallef, jikkastiga, eċċ) li ma jaqbilx ma’ Joħanann, jiħtieġ nikkanċellawh minn moħħna.


Jekk mhux f’sintonija mal-Kelma li saret Bniedem, Ġesu’ ta’ Nazaret, jiħtieġ ma niftakruhx iżjed. Ġesu’ wriena bil-kliem u bil-fatti li l-frażi “Alla jħobb u jippremja lit-tajbin, u jobgħod u jikkastiga l-midinbin” hija gidba. Din kienet maskra li l-bnedmin poġġew quddiem wiċċ Alla biex jipproġettaw fuqu il-mibgħeda u d-diżumanita’ tagħhom.


Ġwanni jistqarr b’ismu li “Alla huwa mħabba, u mħabba BISS”.


“Dan ġie bħala xhieda.” Is-sinottiċi jsejħu l-Battista prekursur (dak li jipprepara l-miġja) ta’ Ġesu’.


Ġwanni (l-evanġelista) jżidlu karatteristika oħra: xhieda tad-dawl, i.e. il-verb li se jinkarna ruħu fi bniedem se jkun dawl li jkeċċi d-dlamijiet.


Xhud hu dak li kellu esperjenza ta’ xi fatt, u jixhed li dak il-fatt hu veru u seħħ tassew. Il-Battista ra f’Ġesu’ mhux biss bniedem kwalunkwe (kif sa issa kienu raw in-nies l-oħra) imma għaraf fiH id-dawl li se jirrivela l-wiċċ awtentiku tal-Missier.


Isejjaħlu “ħaruf” għax min iġib ruħu ta’ ħaruf huwa bniedem uman, il-bniedem li rnexxa. Min ma jagħmilx hekk hu lupu, bhima salvaġġa.


“Jiena d-dawl tad-dinja.” Hekk qal Ġesu’, imma aktar tard jgħid lid-dixxipli: “Intom id-dawl tad-dinja.” Mela, l-messaġġ tal-lum hu ċar: aħna wkoll jiħtieġ li nkunu xhieda kemm-il darba nagħmlu esperjenza ta’ dad-dawl, u nkunu nistgħu nitkellmu fuqu ladarba nkunu lqajna dan id-dawl biex imexxi ħajjitna.


“Il-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert.” Il-mexxejja tal-Lhud, imħassba għax Ġwanni sar popolari, bagħtu delegazzjoni biex isaqsuh: “Min int?” Ġwanni wieġeb ċar u tond: “M’inhiex il-Messija.” Fil-ktieb tas-Slaten insibu li Elija ma mietx imma ġie maħtuf f’karru tan-nar. Għalhekk inħolqot ix-xniha li kellu jerġa’ jidher qabel il-miġja tal-Messija.

Għalhekk staqsew lil Ġwanni hux Elija. Mose’ ukoll kien qal li qabel ma jiġi l-Messija kellu jiġi profeta kbir bħalu. Il-Lhud dehru mħawda meta Ġwanni ma ffittja fl-ebda waħda minn dawn it-tlett kategoriji.

Messaġġ ieħor għalina llum hu: qabel nibda nxerred id-dawl ta’ Kristu, jiħtieġ insaqsi lili nnifsi fil-kwiet; “Jien min jien? X’qed nagħmel f’did-dinja? Kif qed nikkomunika ma’ Alla u ma’ ħuti? X’jgħid fuqi Alla? Nista’ ngħid bħal Ġwanni li jien ‘leħen’? Nagħmel differenza bejn ‘kelma’ u ‘leħen’?

Il-Kelma li turina wiċċ il-Missier hi Ġesu’ ta’ Nazaret. Id-dixxiplu mhuwiex il-kelma imma ‘leħen’ li “ jipproduċi ħsejjes li jġorru messaġġ.” 

Meta jieqfu l-ħsejjes u l-messaġġ jasal, allura l-kelma tibqa’. Jekk il-ħsejjes ma jiqfux, il-messaġġ ma jkunx jista’ jasal. “Jekk il-ħsejjes jisktu, il-kelma tibqa’ u l-leħen ikun wettaq il-missjoni tiegħu” (S. Wistin). Dan jurina l-identita’ tal-Battista bħala leħen. Din missjoni afdata lilna wkoll: irridu nkunu ta’ servizz għall-kelma billi nagħtuha leħen.

“Wittu t-triq tal-Mulej.” Fost l-evanġelisti, Ġwanni biss iżid dil-frażi u jħalli barra “ippreparaw”. Il-jiem ta’ preparazzjoni għaddew. Il-Mulej wasal. Urġenti, mela, li nwittu t-triq, il-ħotob f’ħajjitna, ħalli mmorru niġru nilqgħuh. 

Ġwanni jgħid hekk lil Lhud li għawġu kemm felħu l-kelma t’Alla kif jaqblilhom, u kkumplikaw il-ħajja bil-mijiet ta’ liġijiet li vvintaw. Dan messaġġ għalina biex ma nikkumplikawx ħajjitna bi tradizzjonijiet, wegħdi u kurunelli esaġerati, ħalli b’hekk nagħmlu dil-ħajja Nisranija aċċessibbli għal kulħadd.


“Għaliex qiegħed tgħammed?” “Jien ngħammed bl-ilma lil min jintebaħ li qed jgħix fid-dlam u qed ifittex id-dawl. Dan id-dawl ġa qiegħed f’nofskom, imma intom ma ntbaħtux bih u ma għaraftuhx. Jien għaraftu. 

Iċ-ċpar tat-tagħlim żbaljat li ħadtu mill-mexxejja tagħkom mhux qed iħallikom tirrikonoxxu dan id-dawl. Qalbkom u moħħkom għadu magħluq, u mhux qed tħallu dan id-dawl ikun parti mill-programm ta’ ħajjitkom. Ġesu’ għalikom mhux il-Messija li kontu qed tistennew.” 

Dan il-kliem jgħodd għall-bnedmin tal-lum ukoll: “Oqogħdu attenti! Iftħu għajnejkom! Il-Mulej f’nofskom u m’intomx tagħrfuh. Qed tħallu l-moderniżmu jgħammxilkom għajnejkom u qed tinġarru mal-kurrent ta’ kif jaħsbuha llum in-nies tad-dinja. Mhux qed tinkludu dan id-dawl fl-aġenda tagħkom, allura l-anqas biss qed tfittxuh. 

Għamiltu bħal-Lhud ta’ dari u pinġejtu Messija kif jaqbel lilkom, i.e. wieħed li jsolvi l-problemi materjali kollha f’ħakka t’għajn. U meta dan ma jseħħx (għax dan mhux il-messija awtentiku) titilfu kull interess fil-Messija kif tassew hu.” 

U aħna qed nistennew Messija bħal dan, jew wieħed li jagħti sens lill-ħajjitna kollha kemm hi, billi nagħtu widen għal-leħen tal-Kelma?

“Il-qfieli tal-qorq.” Ġa għidna fuq hekk il-Ħadd li għadda. Ġwanni qed jgħid: “Jien m’inix l-Għarus. L-Għarus hu Kristu. Jien biss il-ħabib tal-Għarus u jiħtieġli nara li kollox imur sew. Jien ma nistax inħoll il-qorq tal-Għarus għax hu ma jridx jiċħad id-dritt li jingħaqad mal-Għarusa (il-Komunita’) li Hu tant iħobb.” Aħna wkoll ħbieb tal-Għarus u rridu ngħinu biex dan “iż-żwieġ” iseħħ biex l-Għarus ikun jista’ jgħammar f’aktar u aktar bnedmin.

“Dan ġara f’Betanja..” Din mhix fejn kien joqgħod Lazzru imma Betabara, i.e. il-post fejn Ġożwe mexxa l-Lhud biex, wara li qasmu x-xmara, ħallew warajhom l-iskjavitu’ u daħlu fl-art tal-ħelsien. Aħna llum irridu naraw x’qed jgħassarna, biex bl-għajnuna tad-dawl li ġa qiegħed f’nofsna, nibdew nerġgħu ngħixu ħajja verament ħielsa.

12 December 2023

Love and Leadership from a Catholic perspective


The Christian interpretation of love stands as a testament to service and unwavering dedication—a profound act of submission and devotion. 
At the heart of this understanding lies the pinnacle of love recorded in holy scriptures: the passion of our Lord, the embodiment of divinity in mortal flesh. 

Humanity, inherently rebellious, persistently resists submission to authority, often pursuing rebellion and self-gratification. Yet, despite our daily transgressions against God, His love remains unwavering, evidenced by His willingness to bear the consequences of our sins upon the cross. John 3:16 encapsulates this unfathomable love: "For God so loved the world, that he gave his only begotten Son, that whoever believeth in him should not perish, but have everlasting life."

Such suffering endured so that even those who daily insult and offend our Lord might find passage to heaven—people like you and me. The teachings of Paul guide us to emulate Christ's love. Even the Lord Himself hinted at this in the Lord's Prayer: "And forgive us our debts, as we also forgive our debtors... For if you will forgive men their offences, your heavenly Father will forgive you also your offences. But if you will not forgive men, neither will your Father forgive you your offences."

Paul's portrayal of a husband's duty aligns similarly, portraying the husband as the head of the family, the leader burdened with the greatest responsibility. He is to love his wife akin to Christ's love for the holy mother church—the Christ who washed the feet of His disciples, who died on the cross out of boundless love. "Husbands, love your wives, as Christ also loved the church, and delivered himself up for it that he might sanctify it, cleansing it by the laver of water in the word of life, that he might present it to himself a glorious church, holy and without blemish. So also ought men to love their wives as their own bodies. He that loveth his wife, loveth himself. For no man ever hated his own flesh; but nourisheth and cherisheth it, as also Christ doth the church: Because we are members of his body, of his flesh, and of his bones." 

In contrast to the pagan perception, which regarded the pater familias as a figure of ownership, the Christian doctrine illuminates a different facet. While the father assumes leadership within the family, it entails serving and safeguarding the family's well-being. The family's submission to the father stems not from fear of retribution but from recognition of his responsibility for their welfare. 

In our Catholic faith, the expectations of our leaders, both spiritual and secular, mirror this ethos. The shock when a leader abuses authority for personal gain arises from our inherent belief that leaders are meant to serve our collective benefit. Our loyalty to the papacy and our affection toward the Pope do not stem from fear, especially in contemporary times. Instead, it stems from the recognition that the Pope stands as Christ's representative, entrusted with protecting the Holy Mother Church against heresy and false teachings. 

This trust in the papacy, mirrors our submission to Christ Himself—the same Christ who sacrificed for us, whose sole aim is to guide us to heaven. Fear of Christ as a virtue doesn't denote terror but signifies an immense love for Him, preventing us from causing Him pain, as we understand the depth of His love for us. Submitting to Christ signifies recognizing His omniscience and His desire for our ultimate well-being.

Written by Luke Fenech

10 December 2023

Navigating the Wilderness - Lessons from Mark 1:1-8

 


In the vibrant journey of our life, every step unfolds a unique chapter of our story—a story written with the ink of grace, purpose, and the boundless love of God. As we through the opening verses of Mark 1:1-8, we discover a roadmap for navigating the wilderness of our lives, drawing inspiration from the messenger, John the Baptist, and the transformative power of the Gospel.

The Beginning of the Good News (Mark 1:1):

In the tapestry of our lives, the good news is not a distant echo but a continuous revelation. Each chapter, each experience, brings us closer to understanding the depth of God's love and purpose for us. Our lives are a testament to the unfolding narrative of grace, waiting to be embraced with open hearts.

"Your life is a story, and with each step, you're writing a page of the beautiful good news God has authored for you."

The Messenger in the Wilderness (Mark 1:2-3):

John the Baptist, a messenger in the wilderness, calls us to prepare the way. In the midst of life's challenges, let us be messengers of hope, clearing the path for others to encounter the transformative love and grace of Christ.

"In the wilderness of life, be a messenger of hope, paving the way for others to encounter the love and grace of Christ."

Baptism of Repentance (Mark 1:4):

Baptism is not just a ritual; it is a powerful symbol of transformation—a commitment to a renewed heart and a redirected life. Repentance is not a burden but a liberation, a chance to embrace the freedom found in God's forgiveness.

"Repentance is not a burden but a liberation—a chance to leave behind what weighs us down and embrace the freedom found in God's forgiveness."

The One Who Comes After (Mark 1:7-8):

In the anticipation of the Messiah, we find hope for a purposeful future. Jesus is the answer to our deepest longings, the fulfilment of promises, and the guide to a life rich in meaning and significance.

"The one who comes after us is the one who came before all things. In Him, we discover our true identity and purpose."

The Wilderness Experience (Mark 1:4-6):

Life's wilderness may seem daunting, but it is in these challenges that we discover our strength, resilience, and the guiding presence of God. In the wilderness, we are not lost; we are on a journey of self-discovery, trusting that God is our compass.

"In the wilderness, you're not lost; you're on a journey of self-discovery. Trust that God is your compass, guiding you through."

Clothing of Camel's Hair and Leather Belt (Mark 1:6):

True greatness is found in simplicity. Like John's attire, let our lives reflect the humility and authenticity that draw us closer to God. In a world that often values extravagance, choose the simple and genuine, for your authenticity is a reflection of God's light within you.

"In a world that often values extravagance, choose the simple and genuine. Your authenticity is a reflection of God's light within you."

The Call to Baptize (Mark 1:4):

Baptism is not merely a ritual; it is a sacred calling to embrace and live out our faith. As we step into the waters of baptism, let us remember that we are entering a covenant of grace, love, and eternal belonging.

"As you step into the waters of baptism, remember that you're not just getting wet; you're entering a covenant of grace, love, and eternal belonging."

Preparing the Way for Others (Mark 1:3):

Leadership is about paving the way for others to rise. Be a pioneer of compassion, kindness, and encouragement. The path you clear for others may become the highway to their dreams. Lead with love, and watch as others follow with hope.

"The path you clear for others may become the highway to their dreams. Lead with love, and watch as others follow with hope."

Conclusion: As we journey through the wilderness of our lives, may these lessons from Mark 1:1-8 serve as a compass, guiding us with the wisdom of John the Baptist and the transformative power of the Gospel. In simplicity, authenticity, and a commitment to paving the way for others, let us embrace the adventure of faith, united and ignited by the love of God.

Il-Bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla - Studju Bibbliku Lq 3:1-6 - It-Tieni Ħadd tal-Avvent

 


Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert. U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet, kif hemm imniżżel fil-ktieb tal-profeziji ta’ Iżaija:

“Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu. Kull wied jimtela, kull muntanja u għolja titbaxxa, bil-mogħdijiet mgħawwġa jiddrittaw, u t-triqat imħarbta jitwittew. U l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla!”.

Il-Kelma tal-Mulej.



Luqa jintroduċi ‘l Ġwanni l-Battista billi jindika ż-żmien preċiż meta beda l-missjoni tiegħu. Dan biex juri l-importanza ta’ dan il-persunaġġ. Tiberju laħaq imperatur fis-sena 14 AD. Qegħdin fil-ħmistax-il sena tar-renju tiegħu, i.e. Ġwanni beda jippriedka fid-deżert fis-sena 29 AD. Għas-Sirjani din kienet is-sena 27 AD.


Jekk nimxu ma’ dawn, Ġesu miet, irxoxta u tela’ s-sema fis-sena 30 AD. (a) Tiberju kien qed jgħix f’Capri, fil-waqt li Sejanu, prefett tal-pretorju, kien qed imexxi f’Ruma. 
Dan kien żmien ta’ taqlib, taħwid u ħruxijiet fl-imperu Ruman. 

Luqa jsemmi wkoll lil (b) Pilatu, li ggverna l-Palestina mis-26 sa 36 AD; (ċ) Erodi Antipa li kien jgħix fil-palazz tiegħu ħdejn il-baħar ta’ Tiberijade; (d) Filippu, ħu Erodi, li kien joqgħod f’Ċesareja Filippi; (e) Lisanju, tetrarka ta’ Abila, li ma nafu xejn fuqu; (f) Anna, kunjatu ta’ Kajfa, li kien il-Qassis il-Kbir fis-snin 6 -15 AD. 

Warajh, ħames uliedu laħqu floku, wieħed wara l-ieħor. Fi żmien Ġesu, laħaq (g) Kajfa.

Għalfejn dawn id-dettalji kollha? Għax Luqa ried jagħmel enfasi li mhux qed jirrakonta ħrafa, imma ġrajja li seħħet tassew fl-Istorja u fuq persuni li għexu tassew, l-aktar dwar Ġwanni u Ġesu.

Luqa jindika wkoll iż-żmien meta għexu, biex aħna jkollna ideja liema lingwa kienu jitkellmu, x’kienu jieklu, kif kienu jgħixu, kif kienu jqisu n-nisa tagħhom (bla dinjita’) eċċ. 

Bil-miġja ta’ Ġwanni se tingħata bidu d-dinja l-ġdida li se tkun saltna mhux ta’ barra minn hawn imma se sseħħ f’din id-dinja, imma mhux skont il-kriterji u r-raġunar tal-bnedmin, imma skont il-liġi tas-sema, ta’ Alla Mħabba. 

Dil-liġi se tagħti bidu għal soċjeta’ kompletament differenti minn dik li daħal fiha Ġesu. L-istorja tas-salvazzjoni tmiss il-ħajja ta’ kuljum tal-bniedem u tbiddilha.

Dil-bidla bdiet meta “Il-kelma t’Alla waslet lil Ġwanni, bin Żakkarija, fid-deżert.” Ma waslitx lill-kbarat jew mexxejja. 

Luqa, fl-1 Kapitlu irrakkonta l-ġrajjiet tat-twelid ta’ Ġwanni. L-anġlu ħabbar lil Żakkarija: “Ibnek se jkun mimli bl-Ispirtu s-Santu sa minn ġuf ommu, u se jkun hu li jħejji għall-Mulej poplu li jkun lest li jilqgħu. Luqa jagħlaq dal- Kapitlu hekk: “It-tifel kiber u ssaħħaħ f’ruħu, u baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Israel.” 

Issa li kiber, Ġwanni jirċievi l-vokazzjoni tiegħu fid-deżert għal ministeru speċjali. 

Ġwanni kien iben Żakkarija, qassis tat-Tempju. Mela suppost li qiegħed fit-Tempju jħejji ruħu biex jieħu post missieru. Kieku għamel hekk, kien ikompli bir-riti u ċ-ċerimonji elaborati tal-Lhud, li kienu biss esterni u artifiċjali, tant li bosta drabi Alla, permezz tal-profeti, wera kemm dawn ma jogħġbuh xejn. Hu xtaq il-frott mhux weraq mitbiela, jiġifieri apparenzi biss. Minn flok dan, Alla sejjaħ lil Ġwanni għal xi ħaġa differenti, aktar awtentika. 

Għal dan il-għan kellu jipprepara ruħu ‘il bogħod mill-influwenza tat-Tempju. Aktarx li għal xi żmien ingħaqad mal-kommunita’ ta’ Kumran. Dan jixhdu l-lingwaġġ li juża’ Ġwanni, li jaqbel ma’ dak ta’ dawn l-ispeċi ta’ patrijiet tad-deżert. Dawn kienu jimxu fuq il-pariri tal-profeti, u għalhekk kienu jqisu l-qassisin tat-Tempju bħala korrotti. Kienu jgħixu fit-talb, jistennew u jippreparaw lin-nies għall-miġja tal-Mulej fosthom.

Is-sejħa għall-ħajja tad-deżert kienet ukoll sejħa għall-essenzjal, bla xinxilli u kumdita’ żejda, kif ukoll għaċ-ċaħda. Ġwanni mexa fuq dawn il-passi, u l-Knisja tagħżel il-ġrajja tiegħu fl-Avvent biex ikun hu li jgħinna nippreparaw kif jixraq għall-miġja tal-Feddej fostna.

Jekk irridu li d-dinja tinbidel għall-aħjar, jiħtieġ naċċettawh fostna, fost il-familja, il-ħbieb u s-soċjeta’ tagħna. B’hekk isseħħ id-dinja l-ġdida tal-imħabba u l-maħfra. Il-Mulej iwettaq dan meta nilqgħu il-Kelma Tiegħu li, kull fejn tidħol, tbiegħed il-mibegħda u l-inġustizzji. 

Fejn hemm il-gwerer u l-faqar ifisser li l-Kelma t’Alla għada ma waslitx. Ġwanni llum jgħallimna kif inwasslu din il-Kelma fejjieda lil ta’ madwarna.

Aħna llum imtaqqlin b’ħafna ħwejjeġ żejda. Dawn jiġu mponuti fuqna mill-media, moda u reklami (Black Friday!). Dan inessina l-essenzjal, l-aktar il-Kelma t’Alla, għax nintilfu wara x-xinxilli. Jiħtieġ naslu sad-deżert ta’ Ġwanni, i.e. inqisu dak li hu meħtieġ tassew u li hu ta’ valur.

Fid-deżert insibu s-silenzju fejn ma nisimgħux ir-rabja tal-mexxejja (min jgħajjat l-aktar) u l-istorbju tat-talk shows (min għandu raġun l-iktar) u tar-riklami. F’dan is-silenzju inkunu nistgħu nisimgħu leħen il-Mulej fil-kwiet u l-kalma.

“Hu ġie fl-inħawi kollha tal-Ġordan,” ix-xmara li tissepara l-art pagana mill-art imqaddsa. Ġwanni qed iħajjar lill-Lhud li tbiegħdu minn Israel biex jaqsmu x-xmara ħalli jilqgħu il-messaġġ il-ġdid tiegħu, hu li issa se jkun għalihom il-Mose’ il-ġdid.

Se jippridkalhom “magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet.” Biex wieħed juri li niedem tassew, kien jogħdos fix-xmara biex jaħsel minn fuqu l-ħajja l-antika u jħaddan waħda ġdida. Il-kelma metanoia (konversjoni) ma tfissirx tbiddel xi ħaġa żgħira imma li tinbidel kompletament – tal-mod kif taħsibha u tirraġuna, e.g. minn flok tfittex li titkabbar, tiċċekken umilment, eċċ. Jekk irridu nbiddlu d-dinja, irridu inħallu ‘l Mulej jibdilna.

“Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert.” Din meħuda minn Isaija Kap 40. Dan il-kapitlu hu magħruf bħala l-Ktieb tal-Faraġ. Hawn il-profeta qed iħeġġeġ lill-Lhud fl-eżilju fil-Babilonja biex jerġgħu lura f’arthom. L-intoppi (tlajja u nżul) m’għadhomx aktar għax bil-jasar pattew għal dnubiethom.

Dal-kliem issa Luqa qed japplikah għal Ġwanni li, bil-predikazzjoni tiegħu, se jġib il-ħelsien minn kull jasar t’issa. Min jaċċetta kliemu, se jneħħi minn ħajtu kull intopp (għoljiet, widien, tgħawwiġ) li jgħassruh. B’hekk ikun jista’ jilqa’ l-miġja tal-Mulej fostna, jikkomunika m’Alla u mal-bnedmin. Dan hu messaġġ ta’ tama u ferħ: “Kull bniedem jara s-salvazzjoni t’Alla.”

30 November 2023

Awakening the Spirit Within: A Daily Commitment to Divine Awareness


Vigilance and Awareness:

"In a world full of noise, silence your doubts and listen to the whispers of your soul. Stay vigilant in faith."

"Being spiritually awake is not a one-time decision; it's a daily commitment to notice the divine in the ordinary."

Responsibility:

"Your faith journey is a personal responsibility. God's grace meets your effort. Take ownership of your spiritual growth."

"You are not just a passenger; you are the driver of your faith journey. Take the wheel and steer it towards Christ."

Preparation:

"Prepare your heart like you would prepare for a journey. Keep your spiritual backpack ready for whatever comes your way."

"Life's storms are inevitable, but your preparation in prayer and trust in God will be your anchor."

Consistency in Faith:

"Consistency is not about being perfect; it's about being faithfully imperfect every day in your pursuit of Christ."

"Faith is not a sprint; it's a daily walk. Be consistent in seeking God, and you'll find Him in every step."

Prioritizing Values:

"In a world of trends, let your faith be a timeless value. Choose what lasts over what is fleeting."

"Identify your North Star. When your values align with your faith, you'll navigate life's journey with purpose."

Leadership and Influence:

"Leadership is not about titles; it's about the influence you have. Lead with love, humility, and the teachings of Christ."

"Your actions speak louder than words. Be an influencer for good, inspiring others to walk in the light of faith."

Community and Fellowship:

"Surround yourself with those who lift you higher in faith. A strong community is a catalyst for spiritual growth."

"We are not solo pilgrims; we are a community on a shared journey. Together, we become a powerful force for good."

Understanding the Signs:

"Look beyond the surface. The signs of God's presence are often subtle. Train your eyes to see the divine in the ordinary."

"Discern the signs of the times, not with fear, but with faith. God's plan unfolds in every moment."

Faithful Stewardship:

"Your talents are on loan from God. Use them wisely, share them generously, and be a faithful steward of His gifts."

"Stewardship is not just about what you own; it's about what you give. Live a life of generosity and service."

Hope and Endurance:

"In the marathon of faith, hope is your fuel, and endurance is your strength. Keep running with your eyes fixed on Jesus."

"Endurance is not the absence of challenges; it's the strength to face them with unwavering hope. Your journey is worth it."





The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form