Meta Pixel Code

10 September 2022

Prayer and Common Sense - Ktieb ta' Thomas H.Green, S.J.

 

Prayer and Common Sense- Ktieb ta' Thomas H. Green S.J.

Fiż-żmien bikri tal-COVID, iltqajt mal- ktieb spiritwali bl-isem ta’
Prayer and Common Sense miktub minn Thomas Green, S.J.. Dan il-ktieb jitkellem dwar kif għandek tagħraf u tara Alla x’irid minnek. Din hi magħrufa bħala d-dixxerniment u id-direzjoni spiritwali.  Il-Ktieb huwa maqsum fi tliet partijiet: it-tfittxija għall-qdusija, is-sinjali tas-sens f ’Alla u
sens komun bħala ħbieb t’Alla.


Is-Sejħa għall-Qdusija (paġni 13 sa 46)


Jiena s’issa lestejt l-ewwel parti u ħa naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar din il-parti. Kull Nisrani huwa msejjaħ għall-qdusija għax Alla tant ħabbna li bagħat lill-Ibnu l-Waħdieni biex min jemmen fiH ma jintilifx iżda jmur igawdih fil-Ġenna fil-ħajja ta’ dejjem. Huwa jgħid lin-novizzji tajbin għandhom ikunu b’saħħithom, determinati u lesti jkunu xhieda ta’ dak li jemmnu fih, anke jekk jiġu ppersegwitati.

Fl-ewwel ftit xhur, Fr. Thomas kien isib il-ħin tal-meditazzjoni diffiċli iżda maż-żmien għax jgħid lir-relazzjoni tiegħu ma’ Kristu saret waħda personali u beda jifhem aktar l-Iskrittura. Hu kien iqisha muntanja għolja: ried jaħdem iktar biex jagħraf lil Kristu sabiex wara mewtu imur igawdih għall-eternità fil-Ġenna.

Għall-bidu tal-perjodu tal-formazzjoni, Fr. Thomas kien isibha diffiċli li jqatta’ l-ħin fis-skiet u l-ġabra u jisma’ Alla xi jrid minnu. Fil-bidu kien jara novizzjati iktar devoti iżda maż-żmien dawn waqfu iżda hu lesta n-novizzjat u laħaq patri mal-ordni tal-Ġiżwiti.










The Call Youth Group - Registration Form

Featured post

Calling All Youth: Join the Unite & Ignite Movement at 'The Call Ministries'

  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

The Call Youth Group - Registration Form